Skip to content

Ħrejjef Maltin: Mill-Istorja għad-Disinn tal-Karattru (Etajiet 16+): Taħdita u workshop minn Matt Stroud – KNK – L-Atelier 🇬🇧

8th November, 2025
2:00 PM - 3:30 PM
Ħrejjef Maltin: Mill-Istorja għad-Disinn tal-Karattru (Etajiet 16+): Taħdita u workshop minn Matt Stroud – KNK – L-Atelier 🇬🇧

Dan l-avveniment maqsum fi tnejn se jirrakkonta l-vjaġġ ta’ Matt Stroud fil-ħrafa Maltija waqt li kien fuq sabbatiku ta’ sena jaħdem fuq il-proġett Tori Trombi, li kien imwieżen mill-Kunsill Malti għall-Arti. Fl-ewwel parti (14:00 – 14:40) Matt se jiddettalja r-riċerka tiegħu, is-sejba ta’ ċerti ħrejjef u karattri u l-iżvilupp tagħhom. Fit-tieni parti (14:50 – 15:30) se jkun hemm workshop b’massimu ta’ 15-il persuna li fih Matt se jiggwida lill-parteċipanti fil-proċess ta’ kif jiddisinja l-karattri tiegħu. Dawk li se jipparteċipaw jistgħu jippruvcaw iħażżu ċerti karattri li jissemmew fil-proċess, u wara jingħataw kumment ukoll. Jekk interessat tagħmel hekk, trid iġġib miegħek ktieb u affarijiet biex tpinġi jew tablet.

Il-pubbliku jista’ jattendi liema parti tal-avveniment irid. Dan l-avveniment b’xejn, iżda trid tirreġistra għalih.

Dwar l-illustratur

Matt Stroud huwa illustratur u animatur Malti li jiffoka fuq arti li tistrieħ fuq in-narrattiva, u jaħdem ukoll fil-qasam tad-divertiment u l-edukazzjoni tat-tfal. B’10 snin esperjenza f’din l-industrija, Matt illustra aktar minn 30 ktieb li ġew ippubblikati minn diversi pubblikaturi u li rebħu l-Premju Terramaxka f’4 istanzi differenti. Matt uża l-ħiliet li għandu fir-rakkuntar tal-istejjer u l-animazzjoni f’diversi bnadi tul is-snin. Ħoloq 12-il animazzjoni għall-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu biex jintużaw ma’ tfal qabel jibdew l-iskola, xow animat mill-bidu sal-aħħar li intuża waqt kunċert mill-Orkestra Filarmonika Maltija, kif ukoll ipproduċa illustrazzjonijiet u animazzjonijiet promozzjonali għal diversi organizzazzjonijiet u avvenimenti.

SHARE POST

Similar Posts
This site is registered on wpml.org as a development site. Switch to a production site key to remove this banner.