Skip to content

One Stop Shop mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-Aġent Letterarju Simon Trewin – KNK – L-Atelier 🇲🇹

8th November, 2025
4:00 PM - 5:00 PM
One Stop Shop mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-Aġent Letterarju Simon Trewin – KNK – L-Atelier 🇲🇹

Impjegati tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb se jkunu disponibbli għal kull mistoqsija li jista’ jkollok, kemm jekk inti professjonist fl-industrija tal-kotba u tixtieq tikseb xi informazzjoni dwar wieħed mill-konkorsi, premji jew fondi tagħna, u kemm jekk inti viżitatur tal-Festival li tixtieq tkun taf aktar dwar l-operat tal-KNK. Se jkun hemm ukoll xi materjal stampat li tista’ tieħu miegħek għal aktar informazzjoni, fosthom l-Istrateġija tal-KNK fuq Ħames Snin li għadna kif nedejna. Preżenti wkoll se jkun hemm l-aġent letterarju mir-Renju Unit, Simon Trewin, li se jkun qed jilqa’ l-mistoqsijiet tagħkom f’dak li għandu x’jaqsam ma’ drittijiet tal-awtur, kuntratti, u l-aħjar prattiċi ta’ kif il-ktieb tiegħek jista’ jagħmel suċċess fis-suq. Il-laqgħat se jsiru b’mod individwali, iżda trid tirreġistra l-attendenza tiegħek minn qabel hawnhekk:

SHARE POST

This site is registered on wpml.org as a development site. Switch to a production site key to remove this banner.