Skip to content

Lejla ma’ Jeff VanderMeer: Intervista u ffirmar ta’ kotba – KNK – Is-Sala tal-Kittieba 🇬🇧

8th November, 2025
7:00 PM - 8:00 PM
Lejla ma’ Jeff VanderMeer: Intervista u ffirmar ta’ kotba – KNK – Is-Sala tal-Kittieba 🇬🇧

Ingħaqad magħna f’konversazzjoni ma’ wieħed mill-aktar kittieba idjosinkratiċi ta’ żmienna! Ir-rumanzier Amerikan, iċċelebrat l-aktar għall-ħila li jikteb tajjeb f’ġeneri differenti, Jeff VanderMeer se jkun intervistat minn Teodor Reljić, li se jipprova jaqbad it-tema ewlenija tal-Festival – il-metamorfosi – u t-tagline tiegħu – nikteb mill-ġdid – b’dan l-iskambju rikk u dinamiku. VanderMeer kiteb is-sensiela Southern Reach – li l-ewwel ktieb tagħha Annihilation kien sar film kult minn Alex Garland u b’Natalie Portman bħala attriċi – u f’din it-tadita se jitkellem dwar l-aħħar ktieb ta’ dil-kwadroloġija (Absolution) li se jtemm dis-sensiela, dwar l-evoluzzjoni tal-istil tiegħu li diffiċli tqiegħdu f’xi garżella letterarja, u dwar kif il-kriżi tal-klima baqgħet taffettwa l-kitba fittizja tiegħu. Wara l-avveniment se jkun hemm sessjoni ta’ ffirmar tal-kotba.

Dħul b’xejn iżda trid tirreġistra.

Dwar l-Awtur
Jeff VanderMeer huwa l-awtur ta’ Hummingbird Salamander; ir-rumanzi ta’ Borne (Borne, The Strange Bird, u Dead Astronauts); u s-serje Southern Reach (Annihilation – rebbieħ tal-Premju Nebula u l-Premju Shirley Jackson, u adattat għal film minn Paramount; Authority; Acceptance u; Absolution). Tkellem fl-MIT, Columbia, Yale, u Vanderbilt, u fl-2024, ta l-John Hersey Memorial Address waqt il-Key West Literary Seminar. Il-letteratura mhux fittizja ambjentali ta’ VanderMeer dehret f’Time, The Nation, Current Affairs, u Esquire fost oħrajn. VanderMeer waqqaf l-organizzazzjoni bla qligħ Sunshine State Biodiversity Group fl-2023. Flimkien ma’ martu Ann VanderMeer, kien il-koeditur ta’ antoloġiji pijunieri, fosthom l-ewwel żewġ volumi ta’ Best American Fantasy u l-ewwel żewġ volumi ta’ Steampunk, New Weird, The Weird, The Thackery T. Lambshead Cabinet of Curiosities, The Time Traveler’s Almanac, The Big Book of Science Fiction, The Big Book of Classic Fantasy, u The Big Book of Modern Fantasy.

SHARE POST

This site is registered on wpml.org as a development site. Switch to a production site key to remove this banner.