Skip to content

Madame Ortensja Paskwalina de Rohan (Etajiet 3–7): Xow Teatrali Terramaxka – KNK – It-Teatru 🇲🇹

9th November, 2025
1:00 PM - 1:40 PM
Madame Ortensja Paskwalina de Rohan (Etajiet 3–7): Xow Teatrali Terramaxka – KNK – It-Teatru 🇲🇹

Madame Ortensja Paskwalina de Rohan (jew ‘Madame’ fil-qosor) għomorha u żmienha tferraħ lil ta’ madwarha bil-kostumi inkredibbli tagħha. Illum, bhħal donnha l-ħjata m’għadhiex tispiraha. Il-kuluri li tant kienet tħobb issebbaħ bihom, issa bdew jisfumaw. Imma n-neputija tagħha – Pissiperla – tipprova tikkonvinċiha toħloq żewġ kostumi tal-aħħar. Par kostumi speċjali…ta’ barra minn hawn! Tgħid fejn se twassalhom l-immaġinazzjoni ta’ Madame?

Madame Ortensja Paskwalina de Rohan huwa xow addattat mill-ktieb bl-istess isem ta’ Clare Azzopardi. Jidderieġi Jacob Piccinino.

Wara x-xow se ssir attività divertenti għat-tfal. 

Trid tirreġistra għal dan ix-xow bla ħlas. Bibien miftuħin nofs siegħa qabel ix-xow. Jekk jogħġbok ippreżenta l-kodiċi QR f’forma diġitali meta tasal it-Teatru.

SHARE POST

This site is registered on wpml.org as a development site. Switch to a production site key to remove this banner.