Skip to content

Il-Ktieb Malti għat-Tfal: Xi stejjer qed jaslu f’idejn il-qarrejja żgħar? – KNK – Is-Sala tal-Kittieba 🇲🇹

9th November, 2025
2:00 PM - 3:00 PM
Il-Ktieb Malti għat-Tfal: Xi stejjer qed jaslu f’idejn il-qarrejja żgħar? – KNK – Is-Sala tal-Kittieba 🇲🇹

F’din id-diskussjoni mmoderata mill-kittieba u l-illustratriċi Miriam Galea, diversi professjonisti mill-qasam tal-pubblikazzjoni jiltaqgħu u jiddiskutu l-opportunitajiet u l-isfidi għall-kitba u l-produzzjoni tal-kotba tat-tfal f’Malta. Liema huma l-qċaċet il-ġodda li laħqu l-kotba Maltin għat-tfal? X’inhuma l-intoppi – uħud minnhom deskritti aħjar bħala muntanji – li qed jaffaċċja l-ktieb Malti għat-tfal fl-2025? Il-kwalità tal-produzzjoni, l-użu tal-IA fl-illustrazzjonijiet, l-(ir)relevanza tat-temi, l-oriġinalità narrattiva, u l-lingwa li tilħaq lit-tfal huma wħud mill-mistoqsijiet pertinenti li se jsiru lill-mistiedna tagħna. Jipparteċipaw il-pubblikatur ISEM, l-aġġudikant tal-Premju Terramaxka 2025 ISEM, l-awtur/awtriċi ISEM/ISMIJIET u d-Direttur Eżekuttiv tal-KNK, Sandra Hili Vassallo. Din id-diskussjoni għandha tinteressa lil kull min għandu għal qalbu l-iżvilupp tat-tfal f’Malta bis-saħħa tal-kotba, kif ukoll se sservi bħala punt ta’ riferiment għal tlieta mill-ħames pilastri tal-istrateġija għall-ħames snin li ġejjin, li l-KNK għadu kif ippubblika.

SHARE POST

Similar Posts
This site is registered on wpml.org as a development site. Switch to a production site key to remove this banner.