Skip to content

Il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 u Bibita mal-Ħbieb: L-għoti tal-premjijiet u mużika minn Mariele Żammit – KNK – Is-Sala tal-Kittieba 🇲🇹

9th November, 2025
5:00 PM - 7:00 PM
Il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 u Bibita mal-Ħbieb: L-għoti tal-premjijiet u mużika minn Mariele Żammit – KNK – Is-Sala tal-Kittieba 🇲🇹

Ingħaqdu magħna għat-tħabbira tar-rebbieħa u għal qari mill-poeti rebbieħa tas-seba’ edizzjoni tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef, konkors prestiġġjuż imniedi mill-KNK bil-għan li jsaħħaħ il-kitba poetika f’Malta u jonora l-aħjar poeżija miktuba bil-Malti. 

Għall-għeluq tal-Festival, wara ċ-ċerimonja, l-awturi rebbieħa u l-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb se jkollhom ċans iqattgħu ftit ħin jitħaddtu. Bi pjaċir nistednukom tisimgħu mużika live mill-kantanta Mariele Żammit, li addattat il-lirika ta’ Oliver Friggieri u Joe Friggieri għall-mużika.

SHARE POST

This site is registered on wpml.org as a development site. Switch to a production site key to remove this banner.