Home / National Book Prize / Naomi Gatt Premju ta' Rikonoxximent għal Illustratur Naomi Gatt L-illustrazzjonijiet ta’ Naomi Gatt jilħqu lill-udjenza li jkunu mmirati għaliha b’kunfidenza, ħlewwa u enerġija. F’dinja fejn forom oħra qed jikkompetu mal-ktieb, ix-xogħol ta’ Naomi jibqa’ jagħmel lill-kotba attraenti għall-qarrejja ż-żgħar għax isieħeb mal-qari rappreżentazzjonijiet viżivi vibranti. L-illustrazzjonijiet tagħha huma ħajjin, ġojjużi, u aħna ċerti li jqawwu kull storja li jkunu fiha. Għandha ħakma kunfidenti tal-linji u l-kuluri. L-istil tagħha kuraġġuż, irfinat, u jintgħaraf mill-ewwel. Dan jikkonferma li Naomi tinsab fl-aħjar żminijiet fil-karriera tagħha fl-illustrazzjoni. Gatt ħadmet ma’ bosta pubblikaturi lokali differenti, u għalhekk il-portafoll tagħha huwa mifrux. Huwa ta’ pjaċir li narawha tikkrea l-kotba kważi kważi waħedha. Bix-xogħol tagħha, Gatt elevat il-portafoll tal-illustrazzjonijiet f’Malta u l-kwalità tal-kotba disponibbli lill-qarrejja. Din l-illustratriċi żgur li jixirqilha dan l-unur. Premju ta' Rikonoxximent għal Illustratur 2025 NEED ANY HELP? GET IN TOUCH contact us