Home / National Book Prize / Eħlisna mid-deni Rumanzi Eħlisna mid-deni “Karl Schembri huwa l-iktar kittieb kuraġġuż tal-ġenerazzjoni tiegħi.”— Clare Azzopardi “L-istorja ta’ Karl Schembri hija eżorċiżmu tal-ħażen kif ukoll att ta’ umiltà quddiem l-uġigħ li dal-ħażen ħoloq.” — Matthew Vella Il-maħtuf jinsab fl-istess kamra ma’ min ħatfu. Marbut. Diżorjentat. Ma jafx min hu dan ta’ quddiemu u għala ħatfu. Bħalma aħna ma nafux l-istorja tal-maħtuf, li tiżvela ruħha fi proċess ta’ tortura, abbuż u ġustizzja taħt il-baldakkin tal-Knisja Kattolika, fil-qrati tal-Istat u fis-swali oppressivi tal-psikjatrija. Rumanz ġdid ta’ Karl Schembri li fih il-qarrej isib ruħu mhux biss xhud ewlieni ta’ ħtif xokkanti, imma hu mġiegħel jiddeċiedi hux l-akkużat jew l-akkużatur, fi storja msejsa fuq ġrajjiet devastanti mill-ħajja tal-awtur innifsu. Ixtri l-ktieb Merlin Publishers Rumanzi 2026 Karl Schembri Karl Schembri huwa rumanzier u poeta, l-awtur ta' Il-Manifest tal-Killer u Passju Taħt ix-Xita, fost l-oħrajn. Eks ġurnalist li ħalla Malta fl-2009 biex jaħdem ma' aġenzija tal-aħbarijiet fil-Palestina, il-ġurnaliżmu investigattiv tiegħu kien fost l-ewwel li kixef każijiet ta' pedofilija istituzzjonali mill-kleru f'Malta fl-2003. L-aħħar rumanz tiegħu, Eħlisna mid-Deni (Merlin Publishers, 2025) — imsejjes fuq ġrajjiet devastanti mill-ħajja tal-awtur innifsu — huwa monologu fit-tieni persuna li fih il-protagonist jaħtaf monsinjur u jġiegħlu jwieġeb għall-abbuż tiegħu, bil-konsegwenzi li jintirtu minn ġenerazzjoni għal oħra. Ġie deskritt mill-kritiku Daniel Cossai bħala "l-mument meta l-letteratura waqfet tibża'", u mill-awtriċi Clare Azzopardi bħala xogħol ta' "l-iktar kittieb kuraġġuż tal-ġenerazzjoni tiegħi". Schembri jgħix Najrobi, il-Kenja, fejn jaħdem bħala konsulent tal-midja mal-Kunsill Norveġiż għar-Refuġjati, u huwa viċi president ta' PEN Malta. NEED ANY HELP? GET IN TOUCH contact us