Skip to content
Isem il-Warda

Proża Fittizja Tradotta

Isem il-Warda

Il Nome della Rosa (1980) ta’ Umberto Eco, maqlub għall-Malti.

Dan il-ktieb – kapulavur ta’ Umberto Eco, Il Nome della Rosa – ambjentat fl-1327 ġewwa monasteru Benedittin jgħaqqad b’mod brillanti misteru medjevali ta’ qtil ma’ argumenti intellettwali profondi u struttura semjotika kkumplikata u b’hekk jikseb il-forma ta’ kitba letterarja monumentali b’ħafna livelli. Ippubblikat bl-għajnuna tal-Fond Malti tal-Ktieb 2025 tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.

Ixtri l-ktieb
Klabb Kotba Maltin
Proża Fittizja Tradotta
2026

Adrian Stivala (trad.)

Adrian Stivala twieled ir-Rabat fl-1950 u ggradwa fit-Taljan B.A.(Hons.) (1973).M.A. (1975) u P.G.C. (Educ.) fl-Università ta’ Malta, Diploma fil-Letteratura Taljana mill-Università ta’ Firenze (1973), u fil-Pedagoġija tal-Lingwa Taljana mill-Università ta’ Perugja (1978). Bejn l-1973 u l-2014 għallem it-Taljan f’Malta. Fl-2001 kiseb id-Dottorat Ph.D. mill-Università ta’ Malta. Kien għal ħafna snin membru attiv tal-Associazioni Internazzjonali Professori d’Italiano (AIPI) billi organizza u ħa sehem f’kungressi fl-Italja u Istati Uniti. Huwa ppubblika Contemporary Maltese Artists (North Star Publications, 1980) u It-Triq tal-Qawmien (PBS Publications, 1996). Ittraduċa kitba ta’ Edoardo de Filippo u awturi oħrajn għall-Malti. Fl-2025 ippubblika Isem il-Warda (Klabb Kotba Maltin, 2025), traduzzjoni ta’Il Nome della Rosa li ġie inkluż fit-Taqsima Umberto Eco tal-Bibljoteka tal-Università ta’ Bologna. Preżentement qed jittraduci għat-Taljan ir-rumanz Eħlisna Mid-Deni ta’ Karl Schembri bil-għan tal-publikazzjoni, ukoll bil-għajnuna tal-Fond Malti tal-Ktieb. Huwa jemmen ħafna fl-importanza tat-traduzzjoni.

NEED ANY HELP?

GET IN TOUCH

This site is registered on wpml.org as a development site. Switch to a production site key to remove this banner.