Skip to content
L-Ifirsa tal-Mejda t-Tonda

Letteratura għaż-Żgħażagħ

L-Ifirsa tal-Mejda t-Tonda

Xabla msaħħra li tagħti lil sidha qawwa liema bħalha u ħarsien minn kull għawġ.
Draguni b’ġilda iebsa u nifs li jarmi n-nar.
Veleni li joqtlu u misturi li jqanqlu l-imħabba.
Għajn ta’ ilma msaħħar li jfejjaq kull mard.
Vjaġġi fi mkejjen imbiegħda.
Kalċi mqaddes li jkattar hena u paċi.
Dwellijiet ħorox bix-xwabel u bil-lanez.
Kavallieri qalbenin li jħarsu lil min hu batut u magħkus.

Kien iż-żmien tar-Re Arturu u l-Ordni tal-Ifirsa tal-Mejda t-Tonda, u ta’ kilba fost il-poplu li jkollu eroj li jkun jista’ jġib il-paċi u l-ġustizzja f’pajjiż mitluf fil-kaos.

Ixtri l-ktieb
Horizons
Letteratura għaż-Żgħażagħ
2026

Norman C. Borg

Norman C. Borg, illum il-ġurnata, huwa edukatur irtirat. L-ewwel pubblikazzjonijiet tiegħu kienu komiks dwar Il-Ħrejjef ta’ Esopu għar-rivista Sagħtar. Għas-Sagħtar ħareġ ukoll stejjer oriġinali f’episodji, fosthom Il-Ħofra tal-Ilwien, L-Astrofittiexa u It-Torri l-Griż, kif ukoll adattament bil-Malti tar-rumanz Is-Saħħar ta’ Oż.
Kien ukoll koawtur fil-ġabra ta’ stejjer Tużżana (Merlin Publishers, 1998) u koillustratur fil-ġabra Taħt Sema Kwiekeb (Merlin, 1997). L-ewwel ktieb ippubblikat tiegħu, Żarbun Imsaħħar (Merlin), ħareġ fl-2024. Fl-2025 ippubblika L-Ifirsa tal-Mejda t-Tonda(Horizons/Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu) u It-Torri l-Griż u l-Leġġenda tal-Kavallier Bla Ras (Merlin), li hija aġġornament tal-istorja oriġinali li kienet ħarġet f’Sagħtar. Barra minn proġetti ġodda, qiegħed jaħdem fuq reviżjonijiet oħra ta’ xogħol li ħareġ f’Sagħtar.
Norman qiegħed jaħdem fuq il-proġett kontinwu Kotba fil-But (https://kotbafilbut.net/), bil-għajnuna tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu. Dan huwa sit elettroniku mingħajr ħlas mimli adattamenti bil-Malti ta’ rumanzi klassiċi popolari, għax jemmen li għad hemm bżonn ħafna aktar materjal Malti xi ntellgħu fuq l-internet.

NEED ANY HELP?

GET IN TOUCH

This site is registered on wpml.org as a development site. Switch to a production site key to remove this banner.