Skip to content

Libreriji bil-Kotba Maltin fl-Ambaxxati Maltin ’L Hinn minn Xtutna – Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej 🇲🇹

7th November, 2026
9:00 AM - 10:00 AM
Libreriji bil-Kotba Maltin fl-Ambaxxati Maltin ’L Hinn minn Xtutna – Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej 🇲🇹

Sessjoni informattiva organizzata mid‑Direttorat għas‑Servizzi Konsulari u l‑Maltin li Jgħixu Barra (DCSMLA), li tinkludi preżentazzjoni qasira ta’ madwar 15‑il minuta, segwita minn sessjoni ta’ mistoqsijiet u diskussjoni. Matul din is‑sessjoni se jiġi ppreżentat il‑proġett ‘Libreriji Maltin barra minn Malta’, li għandu l‑għan li jwassal il‑letteratura Maltija eqreb lejn id‑dijaspora Maltija permezz tal‑libreriji stabbiliti fl‑Ambaxxati u r‑rappreżentazzjonijiet diplomatiċi ta’ Malta. Se jiġu spjegati wkoll l‑opportunitajiet li dan il‑proġett joffri lill‑awturi Maltin biex ix‑xogħol tagħhom jilħaq udjenza internazzjonali.

Post: Is-Sala tal-Qarrejja

SHARE POST

This site is registered on wpml.org as a development site. Switch to a production site key to remove this banner.