Home / National Book Prize / Mark Scicluna Illustrator Recognition Prize Mark Scicluna Mark Scicluna jispira ruħu mill-kultura popolari, il-komiks u l-memorabilja mhux tas-soltu, u bosta xogħlu jiddakkar minn doża ta’ umoriżmu grottesk. Ix-xogħol tiegħu deher f’diversi pubblikazzjonijiet internazzjonali, fosthom PC Gamer, IGN, Eurogamer u Game Informer. Mark ħadem għal ħames snin bħala Illustratur Anzjan ma’ Rockstar Games, fejn kien involut fi proġetti bħal Red Dead Redemption 2, GTA V u GTA VI. Qabel dan, ħadem bħala lettur fid-disinn, illustratur ta’ kotba għat-tfal u karikaturist politiku, filwaqt li bħalissa jaħdem bħala Creative Lead ma’ aġenzija lokali. Fl-2017, Mark kien koawtur tal-ewwel ktieb illustrat tiegħu għat-tfal bil-Malti, dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri. Għall-kontribut tiegħu fil-qasam tal-pubblikazzjoni u l-illustrazzjoni għat-tfal, rebaħ tliet darbiet il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. Illustrator Recognition Prize 2026 Selezzjoni ta' kotba Meta l-Milied ma Ġiex — Clare Azzopardi, Merlin Publishers, 2008 — Ara l-ktieb Il-Każ (kważi) kollu tal-aħwa De Molizz series — Clare Azzopardi, 2009–present — Ara l-ktieb Only in Ħal Biżarr — David Aloisio, Klabb Kotba Maltin, 2014 — Ara l-ktieb Mamà, allura din imħabba? — Moira Scicluna Zahra & Mark Scicluna, Merlin Publishers, 2017 — Ara l-ktieb Il-Mappa tan-Nanna — Marilyn Cassar Cordina, Horizons, 2023. Mela … l-istorja stramba, straordinarja (u sigrieta) tal-ilsien Malti kif ma jgħiduhilekx fil-klassi — Antoinette Borg, Merlin Publishers, 2024 — Ara l-ktieb NEED ANY HELP? GET IN TOUCH contact us