Home / National Book Prize / Joe Friggieri Premju għall-Kontribut Siewi fil-Qasam tal-Kotba u l-Letteratura Joe Friggieri Joe Friggieri twieled Ħal Lija fl-1946 u studja l-Liċeo u l-Università ta’ Malta, imnejn kiseb il-B.A. fl-Ingliż, it-Taljan u l-Filosofija. Għandu żewġ dottorati fil-Filosofija, wieħed minn Milan u l-ieħor minn Oxford. Għallem eluf ta’ studenti, kemm fil-Fakultà tal-Arti, kif ukoll fil-Fakultà tal-Liġi, tul dawn l-aħħar 54 sena. Kien Kap Eżekuttiv tat-Teatru Manoel (1990-93), membru tal-Awtorità tax-Xandir (1993-96), Kap Eżekuttiv tal-Kunsill tal-Arti u l-Kultura (2003-05), u President tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti (2017-20). Huwa wkoll Kap Eżekuttiv tal-Istitut tal-Istudji Maltin tal-Università. Ix-xogħlijiet akkademiċi tiegħu jinkludu l-ewwel storja tal-filosofija bil-Malti, In-Nisġa tal-Ħsieb, fi tliet volumi, żewġ kotba fuq il-filosfu kontemporanju Ingliż J.L. Austin, Selected Philosophical Essays, Miti Platoniċi, u għadd kbir ta’ artikli f’kotba u rivisti lokali u internazzjonali. Fil-qasam letterarju kiteb u ppubblika sitt ġabriet ta’ poeżija, ħames drammi twal, u ħafna stejjer qosra, fosthom Ħrejjef għal Żmienna, li nqalbu għall-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż, u li dehret reċensjoni estensiva tagħhom fit-Times Literary Supplement (TLS, 22 ta’ Ottubru, 2004). Kiteb il-librett tal-ewwel opra bil-Malti, Il-Wegħda, ta’ Charles Camilleri, u l-lirika tal-ġabriet Kanti Popolari, Għanjiet minn Malta, u Mal-Kant tal-Baħar tal-istess kompożitur. Ipproduċa u ppreżenta sensiliet kulturali fuq il-mezzi tax-xandir, fosthom Priżma, Wiċċ imb wiċċ mal-Kittieb, Il-Kwadru Tiegħi, u Kotba, Ideat u Ħajja, u jieħu sehem regolarment fi programmi ta’ diskussjoni fuq temi attwali u ġrajjiet kurrenti. Idderieġa għadd kbir ta’ drammi bil-Malti u bl-Ingliż, fosthom tmienja ta’ Shakespeare. Għall-kontribut tiegħu fil-qasam kulturali u edukattiv inħatar Membru tal-Ordni Nazzjonali tal-Mertu fl-2008. Premju għall-Kontribut Siewi fil-Qasam tal-Kotba u l-Letteratura 2026 Biblijografija Magħżula Filosofija Linguaggio e Azione: saggio su J.L. Austin, Milano, Vita e Pensiero, 1981. Actions and Speech Actions in the Philosophy of J.L. Austin, Malta, Minerva, 1991; Kite, 2022. Interfaces: essays in philosophy and bordering areas in honour of Peter Serracino Inglott, co-edited with Salvino Busuttil, Malta, University of Malta, 1997. In-Nisġa tal-Ħsieb. Storja tal-Filosofija, vol. 1, Mill-Griegi tal-Qedem sar-Rinaxximent, Malta, Media Centre, 2000. In-Nisġa tal-Ħsieb. Storja tal-Filosofija, vol. 2, Minn Descartes sa Kant, Malta, Media Centre, 2007. In-Nisġa tal-Ħsieb. Storja tal-Filosofija, vol. 3, Mill-Idealiżmu sal-Postmoderniżmu, Malta, University Publishing, 2014. Selected Philosophical Essays, Malta, Kite, in collaboration with the Department of Philosophy, University of Malta, 2019. Miti Platoniċi, Malta, Kite, 2022. Poeżiji Ċagħaq fil-Qolla (Pebbles in the Pitcher), Malta: BOV, 1987. Intervalli (Intervals), Malta: Grima Printing and Publishing, 1991. Kadenzi (Cadences), Malta: Filprint, 1992. Mitt Ħajku (A hundred haikus), Malta: Filprint, 1997. Sekwenzi: poems 2017-2022, Malta: Kite Group, 2022. Jgħaddi Maħrub it-Tren, poetry collection, Malta: Kite Group, 2024, 101 pp. Novelli Ħrejjef għal Żmienna (Malta: Pin, 1996). Tales for Our Times (tr. Paul Xuereb, Malta: Progress Press, 2004). Contes de notre temps (tr. Thomas Burgel, Julie Miclot and Sophie Tazé, Malta: Filprint, 2004). Erzählungen für unsere Zeït (tr. Christine Kunkler, Berlin: Artodrome, 2015). Nismagħhom Jgħidu (Malta: Kite, 2016). Il-Gżira l-Bajda u Stejjer Oħra (Malta : Kite, 2017). Il-Fiera tal-Fuħħar u Stejjer Oħra (Malta : Kite, 2018). Widnet il-Baħar u Stejjer Oħra (Malta : Kite, 2020). Straight to the point (tr. Clare Vassallo) Malta: Kite (2019), 260 pp. Bejn Storja u Oħra, short stories, Malta: Kite Group, 2024, 145 pp. Drammi Drammi (Plays), Malta: Publikazzjonijiet Indipendenza, 1989. Mid-Djarju ta’ Sara (From Sara’s Diary), Malta: Merlin, 1997. Żewg Drammi: Tkun darb’oħra Mikelanġ u Trappisti (Two Plays), Malta: Filprint, 2003. It-Tulipan l-Iswed u drammi oħra qosra (The Black Tulip and Other Short Plays), Malta: Progress Press, 2004. Caravaggio: l-Inkjesta (Caravaggio: the Inquest), Malta: Klabb Kotba Maltin, 2007. L-Għanja taċ-Ċinju u Il-Ġnien ta’ Esopu (Swansong and Aesop’s Garden), Malta : Horizons, 2012. NEED ANY HELP? GET IN TOUCH contact us