Home / Min Aħna
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb huwa entità pubblika li tagħmel parti mill-Ministeru tal-Edukazzjoni, Sport, Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni. Il-Kunsill joffri bosta servizzi importanti lill-industrija tal-ktieb Malti filwaqt li jħeġġeġ il-qari u jmexxi ’l quddiem il-ktieb bħala mezz ta’ komunikazzjoni fix-xejriet kollha tiegħu. Il-Kunsill jirrappreżenta lill-kittieba, lill-pubblikaturi u lill-imsieħba kollha tiegħu f’fora pubbliċi u f’fieri barranin kif ukoll jaħdem sabiex il-letteratura ta’ pajjiżna tiġi esportata fi swieq barranin. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jorganizza avvenimenti ta’ skala nazzjonali bħall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Nazzjonali tal-Ktieb filwaqt li jamministra wkoll il-Fond Malti tal-Ktieb, il-Jeddijiet tas-Self Pubbliku, jorganizza konkorsi letterarji varji u huwa wkoll l-aġent lokali tal-ISBN u l-ISMN.
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jaħdem mill-qrib u b’mod dirett mad-diversi faxex tal-industrija tal-ktieb bil-għan illi l-ktieb Malti jibqa’ dejjem rilevanti, jidħol f’kollaborazzjonijiet u ftehim ma’ entitajiet u għaqdiet kulturali differenti, governattivi u mhux, bil-ħsieb li tissaħħaħ il-qagħda tas-settur tal-ktieb imma wkoll ħalli jinħolqu aktar opportunijiet professjonali għall-imsieħba kollha kemm lokalment kif ukoll barra minn xtutna.
Tista’ ssib il-Leġislazzjoni Sussidjarja 605.12, li tistabilixxi t-twaqqif tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, hawn.
Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni
Għal aktar informazzjoni dwar l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni u kif tissotometti talbiet, int ġentilment mitlub taqra dan id-dokument.
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) huwa entità pubblika taħt il-Ministeru għall-Edukazzjoni, Xogħol, Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni li l-għan tiegħu huwa li jappoġġja l-industrija tal-pubblikazzjoni lokali permezz ta’ mekkaniżmi ta’ finanzjament pubbliku, avvenimenti kulturali u inizjattivi ta’ sensibilizzazzjoni internazzjonali. Huwa wkoll il-korp ewlieni li jamministra l-ISBN u l-ISMN fil-gżejjer Maltin.
Il-KNK joffri appoġġ finanzjarju dirett permezz tal-Fond Malti tal-Ktieb kif ukoll bl-iskema tal-Jeddijiet tas-Self Pubbliku.
Il-KNK jappoġġa wkoll l-industrija permezz ta’ inizjattivi li għandhom l-għan li jrawmu kultura usa’ ta’ qari u xiri ta’ kotba, anke permezz tal-avveniment annwali ewlieni kulturali tiegħu: il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb.
L-imsieħba fl-industrija tal-kotba jibbenefikaw ukoll mill-viżibbiltà mogħtija lill-ħidma tagħhom mill-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. Il-KNK jinvesti wkoll f’kampanji promozzjonali kontinwi matul is-sena li jitfgħu dawl fuq diversi aspetti tal-industrija, u li jservu biex tkompli tikber il-preżenza tal-kotba Maltin fost il-pubbliku ġenerali.
L-uffiċċji tal-KNK jinsabu fil-Kumpless Bice Mizzi Vassallo, Triq Arnheim, Pembroke.
Le, dik hija r-responsabbiltà tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu (NLA). Madankollu, il-KNK sikwit jikkollabora mal-NLA fuq diversi inizjattivi, u jilqagħhom bħala wieħed mill-esebituri waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb.
Le, l-amministrazzjoni tal-libreriji reġjonali u pubbliċi hija r-responsabbiltà diretta ta’ entità governattiva separata – Malta Libraries. Madankollu, il-KNK ta’ spiss jikkollabora mill-qrib mal-Malta Libraries fuq diversi inizjattivi, filwaqt li jappoġġjahom ukoll b’donazzjoni annwali ta’ kotba li rebħu l-Premju Nazzjonali tal-Ktieb dik is-sena.
Tista' tagħmel kuntatt magħna permezz ta' din il-formola onlajn. Tista' wkoll tibgħatilna email fuq nationalbookcouncil@gov.mt, jew iċempelna fuq +356 27131574. Jekk tixtieq iżżurna fl-uffiċċji tagħna, tista' tagħmel dan mit-Tnejn sal-Ġimgħa fil-ħinijiet tal-uffiċċju (08:00-16:00) fl-indirizz t’hawn taħt:
Kunsill Nazzjonali tal-KtiebBice Mizzi Vassallo ComplexTriq ArnheimPembroke, PBK 1776Malta
Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb huwa l-akbar avveniment kulturali bbażat tal-kotba fil-gżejjer, organizzat mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Ċelebrazzjoni annwali tal-kultura tal-kotba f’Malta, il-Festival jistieden ta’ kull sena lill-partijiet interessati kollha biex jipparteċipaw – mill-pubblikaturi u l-bejjiegħa tal-kotba sa awturi awtopubblikati kif ukoll entitajiet pubbliċi u l-fergħat kulturali tal-istituti diplomatiċi mill-pajjiżi kollha li għandhom preżenza fil-gżejjer.
Organizzat għall-ewwel darba fl-aħħar tas-Snin Sebgħin, l-avveniment reġa’ beda jissejjaħ bħala Festival fl-2013, u minn dakinhar laqa’ figuri letterarji internazzjonali ewlenin bħala mistednin speċjali. Il-Festival huwa avveniment mifrux fuq ħamest ijiem favur il-familja li jilqa’ eluf ta’ viżitaturi kull sena – bi żjarat fl-iskejjel minn studenti li jidhru b’mod qawwi matul il-jiem ta’ filgħodu ta’ fost il-ġimgħa – u joffri programm dinamiku ta’ attivitajiet li jaħseb għal diversi gruppi ta’ età u għal interessi u ħtiġijiet differenti.
Żur il-paġna tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb fuq din il-website għal aktar informazzjoni.
Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb huwa l-ogħla ġieħ letterarju assenjat lill-awturi, edituri, tradutturi, pubblikaturi u illustraturi għal kotba ppubblikati f’Malta matul is-sena ta’ qabel. Il-premjijiet huma magħżula u mogħtija skont id-diversi kategoriji tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb huwa evalwat minn bord ta' aġġudikazzjoni indipendenti li jiżgura l-ogħla grad ta' trasparenza u ġustizzja.
Żur il-paġna tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fuq din il-website għal aktar informazzjoni.
Il-Fond Malti tal-Ktieb miftuħ għall-applikazzjonijiet għal ħames tipi ta’ għotjiet:
i) Għotjiet għall-Pubblikazzjoni ta’ Kotba Ġodda;ii) Għotjiet ta' Pubblikazzjoni ta’ Edizzjonijiet Ġodda ta' Kotba mhux fl-Istampa;iii) Għotjiet għat-Traduzzjoni u l-Esportazzjoni Kategorija 1: Għotjiet għat-Traduzzjoni u l-Esportazzjoni ta’ kotba minn awturi Maltin;iv) Għotjiet għat-Traduzzjoni u l-Esportazzjoni Kategorija 2: Għotjiet għat-Traduzzjoni ta’ Silta minn Ktieb bħala Pitch;v) Għotjiet għal Traduzzjonijiet lejn il-Malti
L-għotjiet kollha mogħtija jistgħu jappoġġaw sa 100% tal-proġett propost sa massimu ta’ €5,000 għall-għotjiet kollha, minbarra l-Għotjiet għat-Traduzzjoni ta’ Silta minn Ktieb bħala Pitch, li jingħataw sa massimu ta’ €500 għal kull proposta ta’ pitch.Żur il-paġna tal-Fond Malti tal-Ktieb fuq din il-website għal aktar informazzjoni.
Awtur/traduttur/editur jew ko-awtur/fotografu/illustratur jista’ japplika biex jissieħeb ma’ waħda jew maż-żewġ skemi (il-Libreriji ta’ Malta u l-Librerija tal-Università ta’ Malta) billi jissottometti l-formola tal-applikazzjoni mimlija u ffirmata u bibljografija dettaljata tax-xogħlijiet li telenka: i. Titlu tal-Pubblikazzjoni, ii. Isem u Kunjom (kif stampat), iii. Rwol fil-Pubblikazzjoni, u iv. ISBN, lil-Maniġer tal-ISBN fl-indirizz hawn taħt.
Maniġer ISBN,Kumpless Bice Mizzi VassalloTriq ArnhemPembroke PBK1776
Żur il-paġna PLR fuq din il-website għal aktar informazzjoni.
Jekk għandek xi mistoqsija tista’ tikkuntattjana permezz tad-dettalji t’hawn taħt jew billi timla l-formola.
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Il-Kumpless Bice Mizzi Vassallo Triq Arnheim Pembroke, PBK 1776 Malta
"*" indicates required fields
Δ