Home / Programme / Is-Sigrieti ta’ Memorja b’Saħħitha: xow ta’ Eran Katz – KNK Is-Sigrieti ta’ Memorja b’Saħħitha: xow ta’ Eran Katz – KNK 13th November, 2020 9:30 AM - 10:30 AM Bis-saħħa ta’ doża qawwija ta’ umoriżmu, eċitament u sorpriżi, Eran Katz, il-famuż kittieb u għalliem Iżraeljan tal-ħiliet tal-moħħ, se jirrivelalkom tekniki straordinarji biex issaħħu l-qawwa tal-memorja. Ibqa’ ftakar l-ismijiet u l-uċuh billi tuża l-metodu ta’ Napuljun, ta’ John F. Kennedy u s-sistema biblika ta’ wiċċ l-Anġlu. Ibqa’ ftakar dati, avvenimenti u numri twal bis-saħħa tas-sistema ta’ Ġematrija. Ibqa’ ftakar x’għandek tagħmel, listi u ċajt bis-sistema ‘Modena files’. Tgħallem malajr ilsien ġdid billi ssir taf dwar il-Yiddibrish – strateġija li għenet lil-Lhud jikkomunikaw effettivament f’kull imkien fid-dinja. Tejjeb il-memorja bis-sistema tal-kmamar Rumani, il-Manuvra Hugo, l-Effett Brita u tekniki oħra. U fuq kollox…kun xhud ta’ taħbiliet tal-moħħ stupendi! Wara x-xow l-istudenti se jkunu mistiedna jsegwu intervista mal-awtur u performer innifsu, Eran Katz, li ssirlu minn Coryse Borg. Katz magħruf l-aktar bħala kittieb li kiser rekords ta’ bejgħ, kelliem u mexxej ta’ seminars dwar il-memorja u l-intelliġenza. Ta lekċers u mexxa seminars lil mijiet ta’ kumpaniji multinazzjonali u organizzazzjonijiet dinjija, fosthom lill-IBM, Oracle, Microsoft, Google, Samsung, il-Gvern Singaporjan u aktar. Katz huwa l-awtur ta’ Secrets of a Super Memory, Jerome Becomes a Genius u Five Gifts for the Mind li wħud minnhom inqalbu fi 17-il ilsien u rebħu premji letterarji. Dax-xow huwa bl-Ingliż u tajjeb għal tfal ta’ 8 snin u aktar. VIDEO PLAY VIDEO Close modal SHARE POST Similar Posts Mini Workshops Kreattivi – Inanna Publishers – Ikkanċellat 10th November, 2024 1:00 PM - 1:30 PM Read More Il-Promoturi tal-Qari – L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu (NLA) u l-KNK – It-Teatru 6th November, 2024 6:00 PM - 8:00 PM Read More Iltaqgħu mal-karattri kkuluriti ta’ Perlina TV!: Filmati għal Tfal bejn 0–9 snin – Perlina TV – It-Teatru 10th November, 2024 11:00 AM - 12:00 PM Read More Gost il-Qari: Sessjonijiet ta’ Qari – L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu (NLA) – L-Istand tal-NLA 9 / 9th November, 2024 9:00 AM - 8:00 PM Read More Gost il-Qari: Sessjonijiet ta’ Qari – L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu (NLA) – L-Istand tal-NLA 9 / 10th November, 2024 9:00 AM - 8:00 PM Read More Gost il-Qari: Sessjonijiet ta’ Qari – L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu (NLA) – L-Istand tal-NLA 9 / 8th November, 2024 5:00 PM - 8:00 PM Read More Gost il-Qari: Sessjonijiet ta’ Qari – L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu (NLA) – L-Istand tal-NLA 9 / 7th November, 2024 5:00 PM - 8:00 PM Read More Gost il-Qari: Sessjonijiet ta’ Qari – L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu (NLA) – L-Istand tal-NLA 9 6th November, 2024 5:00 PM - 8:00 PM Read More ‘Prophet Song’: Kelma mal-Awtur Paul Lynch, Rebbieħ tal-Premju Booker – KNK – It-Teatru 8th November, 2024 8:00 PM - 9:00 PM Read More