Home / Programme / Edizzjoni ġdida bil-Malti ta’ ‘La Divina Commedia’ – IIC u Midsea Books Edizzjoni ġdida bil-Malti ta’ ‘La Divina Commedia’ – IIC u Midsea Books 14th November, 2020 5:00 PM - 5:45 PM Preżentazzjoni tal-edizzjoni ġdida bil-Malti ta’ La Divina Commedia li se tkun ippubblikata fl-2021 biex jitfakkru s-700 sena mill-mewt ta’ Dante. Il-konverżazzjoni se tinkludi lit-traduttur, Alfred Palma, lill-pubblikatur, Joseph Mizzi, lil Richard Muscat mill-Fondazzjoni AŻAD u lil Massimo Sarti mill-Istituto Italiano di Cultura. Dan l-avveniment se jkun bit-Taljan u qed jitħejja mill-Istituto Italiano di Cultura b’ħidma mal-Assoċjazzjoni Vitaliano Brancati. L-Istituto Italiano di Cultura twaqqaf fi Frar tal-1971 u huwa wkoll is-Sezzjoni Kulturali tal-Ambaxxata Taljana f’Malta. L-Istituto huwa simbolu tal-kultura Taljana f’Malta, u l-għan ewlieni tiegħu huwa li jxerred dil-kultura u l-arti tagħha. Dan jagħmlu billi jorganizza attivitajiet kulturali, imexxi librerija li minnha jistgħu jissellfu l-kotba l-membri tagħha, u jikkollabora fil-qasam tal-edukazzjoni. Ħa ħsieb ukoll li jistabbilixxi xibka ta’ kuntatti bejn l-Università ta’ Malta u studji ta’ riċerka f’universitajiet Taljani, organizzazzjonijiet tal-istat u istituzzjonijiet oħra. L-Istituto jippromwovi avvenimenti bħal eżebizzjonijiet, kunċerti, drammi u konferenzi li jkunu miftuħa għal dawk kollha interessati fil-kultura u l-ħajja Taljana. VIDEO PLAY VIDEO Close modal SHARE POST Similar Posts Il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025: L-għoti tal-premjijiet u mużika minn Mariele Żammit – KNK – Is-Sala tal-Kittieba 🇲🇹 9th November, 2025 5:00 PM - 7:00 PM Read More Noti Editorjali: Noah Fabri – Taħdita bejn il-kittieba u l-edituri – Aphroconfuso – L-Istand 7 🇲🇹 9th November, 2025 4:45 PM - 5:30 PM Read More Niċċelebraw il-Letteratura Taljana – Istituto Italiano di Cultura La Valletta – Is-Sala tal-Qarrejja 🇮🇹 9th November, 2025 4:30 PM - 5:30 PM Read More Niċċelebraw il-Letteratura Taljana – Istituto Italiano di Cultura La Valletta – Is-Sala tal-Qarrejja 🇮🇹 9th November, 2025 3:30 PM - 4:30 PM Read More Il-Ktieb Malti għat-Tfal: Xi stejjer qed jaslu f’idejn il-qarrejja żgħar? – KNK – Is-Sala tal-Kittieba 🇲🇹 9th November, 2025 2:00 PM - 3:00 PM Read More Noti Editorjali: Kurt Borg – Taħdita bejn il-kittieba u l-edituri – Aphroconfuso – L-Istand 7 🇲🇹 9th November, 2025 11:45 AM - 12:30 PM Read More Noti Editorjali: Nicole Borg – Taħdita bejn il-kittieba u l-edituri – Aphroconfuso – L-Istand 7 🇲🇹 9th November, 2025 10:45 AM - 11:30 AM Read More Xi Ngħidu dwar l-Ewwel Maltin?: Preżentazzjoni ta’ ktieb u taħdita minn Veronica Veen u Adrian Van der Blom – Inanna Publishers – Is-Sala tal-Qarrejja 🇬🇧 8th November, 2025 7:00 PM - 8:30 PM Read More Id-Disinn ta’ Logħob għal Tfal Żgħar: Frances & Ġorġ – The Wanderer’s Tome – Is-Sala tal-Qarrejja 🇬🇧 8th November, 2025 5:30 PM - 6:30 PM Read More