Home / Programme / ‘Leħen il-Malti’: 90 sena, 40 edizzjoni – GħMU ‘Leħen il-Malti’: 90 sena, 40 edizzjoni – GħMU 26th March, 2021 12:00 PM - 1:00 PM [embedyt] https://www.youtube.com/watch?v=y_9-vX0z2bo[/embedyt] Din is-sena, ir-rivista tal-Għaqda tal-Malti Leħen il-Malti tagħlaq 90 sena, billi bdiet toħroġ meta twaqqfet l-Għaqda tal-Malti minn Rużar Briffa u Ġużè Bonnici fl-1931. Fid-90 anniversarju tagħha, se toħroġ l-40 edizzjoni ta’ Leħen il-Malti. F’din id-diskussjoni, li fiha se jipparteċipaw persuni li kienu f’bordijiet editorjali passati tar-rivista, se nagħtu ħarsa lejn kif żvolġiet din ir-rivista tul is-snin. Romario Sciberras (1994), il-President kurrenti tal-Għaqda tal-Malti, gradwa fil-Malti fl-2019 u din hija t-tieni sena tiegħu bħala għalliem. Fil-livell tal-baċellerat, ta ħarsa lejn il-letteratura Maltija minn perspettiva Queer u jixtieq li jkompli jibni fuq dan fl-istudju tiegħu. Ir-rivista tal-Għaqda tal-Malti kienet l-ewwel opportunità fil-qasam tal-editorjal u l-pubblikazzjoni għal Sciberras. Leanne Ellul [t.1989] tikteb kemm poeżija kif ukoll proża. Fil-passat kitbet ukoll għat-teatru u għadha tikteb it-textbooks u kotba oħra għat-tfal. Traduċiet ukoll numru ta’ xogħlijiet għall-Malti. Ellul kienet membru tal-kumitat tal-Għaqda tal-Malti għal 5 snin u President għal sena minnhom li matulha kienet l-editriċi ta’ Leħen il-Malti. Joseph P. Borg (1964) hu għalliem tal-Malti u s-Segretarju tal-Akkademja tal-Malti. Kiseb l-MA bir-riċerka L-Istorja tal-Għaqda tal-Malti fi ħdan l-Università. Okkupa diversi karigi fl-Għaqda tal-Malti (Università) bejn is-snin 1992-2007, fosthom bħala editur ta’ Leħen il-Malti. Huwa l-editur ta’ numru ta’ pubblikazzjonijiet, traduttur ta’ Mintoff, Malta, Mediterra – Żgħożiti (2018) u membru fil-bord editorjali ta’ diversi ħarġiet ta’ Il-Malti. VIDEO PLAY VIDEO Close modal SHARE POST Similar Posts Mini Workshops Kreattivi – Inanna Publishers – Ikkanċellat 10th November, 2024 1:00 PM - 1:30 PM Read More Taħdita minn Veronica Veen – Inanna Publishers – Ikkanċellat 7th November, 2024 5:30 PM - 6:00 PM Read More Taħdita minn Veronica Veen – Inanna Publishers – Ikkanċellat 6th November, 2024 5:30 PM - 6:00 PM Read More L’editoria indipendente in Italia oggi – Istituto Italiano di Cultura – Is-Sala tal-Qarrejja 10th November, 2024 5:00 PM - 6:00 PM Read More Exploring the East: Marco Polo’s Journey through Cathay – Istituto Italiano di Cultura – Is-Sala tal-Qarrejja 9th November, 2024 6:00 PM - 7:00 PM Read More Cento anni di Goliarda Sapienza. Conversazione con Maria Rizzarelli – IIC – Is-Sala tal-Qarrejja 9th November, 2024 5:00 PM - 6:00 PM Read More Taħdita: Il-Korrispondenza bejn Ġużè Cardona u Karmen Mikallef Buħaġar – L-Akkademja tal-Malti – Is-Sala tal-Qarrejja 7th November, 2024 7:30 PM - 8:30 PM Read More Niltaqgħu mal-Awtriċi: Anna-Elisabeth Mayer Taqra mir-Rumanz ‘Kreidezeit’ (2023) – GMC / Dept. of German, UM – Is-Sala tal-Qarrejja 9th November, 2024 7:30 PM - 8:30 PM Read More Daniel Massa, laqgħa mal-poeta – Kotba Calleja – Ir-Rokna tal-Ktieb 10th November, 2024 4:30 PM - 5:00 PM Read More