Home / National Book Prize / Shadow Woods Letteratura għaż-Żgħażagħ Shadow Woods Għadek fiċ-ċans li tiġi żżurna, tafx … “Kullimkien inħallik tmur,” kienet tgħidli; u f’leħinha kważi jirtogħod kont naqbad ħjiel ta’ diqa — “Imma hemmhekk, le.” Lanqas l-isem tal-park ma kienet tlissen, bħallikieku Shadow Woods kien sinonimu ma’ xi skandlu li kienet taf bih hi biss. Awwissu, 2018: Taħt il-qilla tax-xemx li tikkaratterizza s-sjuf ta’ Texas, Daniel Fisher jilmaħ il-fdalijiet iltima ta’ Shadow Woods fi triqtu għal għand iz-ziju Jeff. La martu Olivia, la wliedu, u lanqas hu stess ma jafu l-istorja kollha ta’ wara t-theme park dilapidat. Tletin sena qabel, Daniel iżur Shadow Woods għall-ewwel darba fil-fjur ta’ żgħożitu. Karużelli mlewna, terramaxki ferriħija, roti panoramiċi mdaqqsa … Qalbu tħabbat għall-faxxinu tal-park, waqt li ruħu tinħakem mill-bosk oskur bis-sigrieti makabri li jostor. Buy the book Merlin Publishers Letteratura għaż-Żgħażagħ 2025 Roberta Bajada Roberta Bajada twieldet San Ġiljan fis-7 ta’ Ġunju 1985. Qarrejja akkanita sa minn ċkunitha, Bajada għandha għal qalbha l-ġeneri tar-realiżmu msaħħar u tal-fantasija, elementi li tfittex li tinkorpora hi wkoll fil-kitba tagħha. Ir-rumanz Arloġġ u Tila (Merlin, 2016), u s-sequel tiegħu, Arlekkin Isfar (Merlin, 2019) huma esperimentazzjoni bil-fużjoni tal-arti u l-letteratura filwaqt li jorbtu flimkien il-misteru u l-umoriżmu. Bajada ilha tgħallem fi skola sekondarja għal dawn l-aħħar 16-il sena, u f’kitbietha tindirizza b’mod regolari lil qarrejja żgħażagħ u adolexxenti. Ir-rumanz tagħha Termini u Kundizzjonijiet Japplikaw (Merlin, 2017), rebaħ il-Konkors ta’ Kitba Letteratura għaż-Żgħażagħ. Xogħlijiet oħra ta’ Bajada jinkludu Il-Ħolma tan-Nannu Ġuż (Kotba Sagħtar, 2012), What?! Another Book of Stories? (Kotba Sagħtar, 2014) u kitbiet għall-adulti bħan-novella 'Xorti', li dehret fil-pubblikazzjoni Il-Malti (L-Akkademja tal-Malti, 2022). NEED ANY HELP? GET IN TOUCH contact us