Skip to content

L-Esebituri

tal-Festival

L-Esebituri tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025

Dawn huma l-esebituri li qed jipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 bil-ħwienet tal-kotba tagħhom. Segwi l-ħoloq għas-siti tagħhom sabiex tixtri l-kotba, tiskopri titli ġodda u tibbenefika mill-offerti li jistgħu ikunu qed joffru matul il-Festival.

Dis-sena l-ispazju mittieħed mill-esebituri għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb huwa l-akbar li qatt kien hemm fiċ-Ċentru għall-Fieri u l-Konferenzi, l-MFCC, Ta’ Qali. B’aktar minn 40 esebitur fl-edizzjoni ta’ dis-sena f’Novembru li ġej, se jokkupa 1,800 metru kwadru bl-istands.

L-esebituri tal-Festival ħejjew attivitajiet għaż-żgħar u l-kbar mifruxin fuq il-ħamest ijiem tal-Festival.

Esebituri

Agenda Bookshop

Agenda Bookshop huwa wieħed mill-aktar bejjiegħa tal-kotba u tal-fuljetti importanti f’Malta. Il-ħwienet tal-Agenda jinsabu f’postijiet ċentrali u ewlenin f’Malta, fosthom l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u stabbilmenti ewlenin tax-xiri. Għand Agenda Bookshop issib l-aqwa u l-aħħar kotba li kienu suċċess madwar id-dinja, kif ukoll għażla wiesgħa ta’ titli ġodda kuljum. L-għażla ta’ kotba għand Agenda tħabbatha ma’ dik li joffru ħwienet tal-kotba ewlenin fir-Renju Unit.

view website
Ahmadiyya Muslim Jamaat Malta

Il-Komunità Musulmana Ahmadiyya Malta hija organizzazzjoni reliġjuża. Tinkoraġġixxi djalogu, paċi, u rispett bejn dixxipli ta’ twemmin differenti. Il-Komunità Ahmadiyya Musulmana tippromwovi l-edukazzjoni, l-għarfien u l-qari tal-kotba, u għal dan l-għan il-Komunità tippubblika kotba bil-Malti. Għal din ir-raġuni, il-komunità tippubblika kotba u rivista kull xahar bl-isem ta’ Id-Dawl fl-ilsien Malti, anki biex isservi l-lingwa nazzjonali. Il-Komunità Ahmadiyya Musulmana hija magħrufa wkoll għas-sehem attiv tagħha f’ħidma karitatevoli u filantropika. Il-motto tagħha huwa: “Imħabba għal Kulħadd, Mibegħda għal Ħadd”. 

view website
APHROCONFUSO

Aphroconfuso huwa ġurnal letterarju bil-Malti online u dar tal-pubblikazzjoni. Nippubblikaw esejs, stejjer, poeżiji, djarji, traduzzjonijiet u xogħlijiet letterarji li mhux faċli tikklassifikahom, b’enfasi fuq l-identità soċjopolitika Maltija, esperjenzi femministi u realtajiet marġinali u queer. Fuq il-podcast ta’ Aphroconfuso nippubblikaw verżjoni awdjo ta’ ħafna mix-xogħol li jidher fil-ġurnal, kif ukoll taħditiet mal-kittieba tagħna. L-ewwel ktieb stampat tagħna huwa Antoloġija 1, li ħareġ f’Ottubru 2024, u Antoloġija 2 se jitnieda waqt il-Festival. Ippubblikajna wkoll Qarn ta’ Romeo Roxman Gatt, u Bur Mgħeż ta’ Omar N’Shea huwa ppjanat għall-2026.

view website
ARCHDIOCESE OF MALTA 

Il-missjoni tal-Arċidjoċesi ta’ Malta hija li tisma’, tilqa’, takkumpanja u tilħaq lil persuni biex tmexxihom lejn laqgħa sinjifikanti ma’ Kristu. Dan twettqu permezz ta’ xogħol pastorali mal-fidili biex ifanndu r-relazzjoni tagħhom m’Alla permezz tat-talb, is-sagramenti, id-direzzjoni spiritwali u l-formazzjoni kontinwa tal-fidi. L-inizjattivi spiritwali jinkludu sapport lill-familji, iż-żgħażagħ, il-morda u dawk fil-bżonn, biex b’hekk tippromwovi sens ta’ komunità msejsa fuq valuri Nisranin.

view website
This site is registered on wpml.org as a development site. Switch to a production site key to remove this banner.