Storja tal-Ilsien u l-Letteratura Maltija – Kronoloġija ta’ Dr Mario Cassar hi pubblikazzjoni bi sħab bejn Heritage Malta u l-Akkademja tal-Malti. Dehret l-ewwel darba b’dan it-titlu bħala pubblikazzjoni tal-Għaqda tal-Malti (Università) fl-2002. Dr Cassar kompla jiġbor it-tagħrif u din il-pubblikazzjoni se tkun kompendju komprensiv marbut mal-ġrajja tal-ilsien u l-letteratura Maltija – ġabra ta’ avvenimenti, pubblikazzjonijiet u noti bijografiċi elenkati f’ordni kronoloġiku. Matul it-tnedija, immoderata minn Godwin Vella, se jieħdu sehem Prof. Joseph M. Brincat u Dr Olvin Vella.

Hija obbligatorja li tirreġistra minn qabel għall-avvenimenti kollha tal-programm tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. Ibbukkja post billi tibgħat email fuq [email protected] .

Id-dħul għal dan l-avveniment ikun permissibbli biss jekk tippreżenta ċertifikat validu tat-tilqim.

Żjarat fiż-żona tal-ħwienet tal-kotba ma jeħtiġux reġistrazzjoni minn qabel u lanqas il-preżentazzjoni ta’ ċertifikat ta’ tilqim.