Home / Programme / Is-Sigrieti ta’ Memorja b’Saħħitha: xow ta’ Eran Katz – KNK Is-Sigrieti ta’ Memorja b’Saħħitha: xow ta’ Eran Katz – KNK 13th November, 2020 9:30 AM - 10:30 AM Bis-saħħa ta’ doża qawwija ta’ umoriżmu, eċitament u sorpriżi, Eran Katz, il-famuż kittieb u għalliem Iżraeljan tal-ħiliet tal-moħħ, se jirrivelalkom tekniki straordinarji biex issaħħu l-qawwa tal-memorja. Ibqa’ ftakar l-ismijiet u l-uċuh billi tuża l-metodu ta’ Napuljun, ta’ John F. Kennedy u s-sistema biblika ta’ wiċċ l-Anġlu. Ibqa’ ftakar dati, avvenimenti u numri twal bis-saħħa tas-sistema ta’ Ġematrija. Ibqa’ ftakar x’għandek tagħmel, listi u ċajt bis-sistema ‘Modena files’. Tgħallem malajr ilsien ġdid billi ssir taf dwar il-Yiddibrish – strateġija li għenet lil-Lhud jikkomunikaw effettivament f’kull imkien fid-dinja. Tejjeb il-memorja bis-sistema tal-kmamar Rumani, il-Manuvra Hugo, l-Effett Brita u tekniki oħra. U fuq kollox…kun xhud ta’ taħbiliet tal-moħħ stupendi! Wara x-xow l-istudenti se jkunu mistiedna jsegwu intervista mal-awtur u performer innifsu, Eran Katz, li ssirlu minn Coryse Borg. Katz magħruf l-aktar bħala kittieb li kiser rekords ta’ bejgħ, kelliem u mexxej ta’ seminars dwar il-memorja u l-intelliġenza. Ta lekċers u mexxa seminars lil mijiet ta’ kumpaniji multinazzjonali u organizzazzjonijiet dinjija, fosthom lill-IBM, Oracle, Microsoft, Google, Samsung, il-Gvern Singaporjan u aktar. Katz huwa l-awtur ta’ Secrets of a Super Memory, Jerome Becomes a Genius u Five Gifts for the Mind li wħud minnhom inqalbu fi 17-il ilsien u rebħu premji letterarji. Dax-xow huwa bl-Ingliż u tajjeb għal tfal ta’ 8 snin u aktar. VIDEO PLAY VIDEO Close modal SHARE POST Similar Posts L-Arti tal-Ġisem – Malta Community of Illustrators (MCOI) and Faber-Castell – Stand 1 🇲🇹/🇬🇧 8th November, 2025 4:00 PM - 8:00 PM Read More L-Arti tal-Ġisem – Malta Community of Illustrators (MCOI) and Faber-Castell – Stand 1 🇲🇹/🇬🇧 7th November, 2025 5:00 PM - 8:00 PM Read More L-Arti tal-Ġisem – Malta Community of Illustrators (MCOI) and Faber-Castell – Stand 1 🇲🇹/🇬🇧 6th November, 2025 5:00 PM - 8:00 PM Read More L-Arti tal-Ġisem – Malta Community of Illustrators (MCOI) and Faber-Castell – Stand 1 🇲🇹/🇬🇧 5th November, 2025 5:00 PM - 8:00 PM Read More ColourVerse: Univers ta’ Kuluri u Kreattività mill-Faber-Castell: Workshop tal-Illustrazzjoni għat-Tfal – Malta Community of Illustrators (MCOI) u Faber-Castell – L-Istand 1 🇲🇹/🇬🇧 9th November, 2025 10:30 AM - 12:00 PM Read More Lejla ma’ Jeff VanderMeer: Intervista u ffirmar ta’ kotba – KNK – Is-Sala tal-Kittieba 🇬🇧 8th November, 2025 7:00 PM - 8:00 PM Read More Irfina l-Pitch Tiegħek għall-Katalgu tad-Drittijiet ta’ Barra: Workshop minn Simon Trewin – KNK – Is-Sala tal-Kittieba 🇬🇧 8th November, 2025 12:30 PM - 1:30 PM Read More Kif Taħdem ma’ Edituri Professjonali: Workshop minn Ann VanderMeer – KNK – Is-Sala tal-Kittieba 🇲🇹/🇬🇧 8th November, 2025 10:30 AM - 12:00 PM Read More Lejla ma’ Samantha Harvey: Intervista u ffirmar ta’ kotba – KNK – Is-Sala tal-Kittieba 🇬🇧 7th November, 2025 7:00 PM - 8:00 PM Read More