Home / Programme / Edizzjoni ġdida bil-Malti ta’ ‘La Divina Commedia’ – IIC u Midsea Books Edizzjoni ġdida bil-Malti ta’ ‘La Divina Commedia’ – IIC u Midsea Books 14th November, 2020 5:00 PM - 5:45 PM Preżentazzjoni tal-edizzjoni ġdida bil-Malti ta’ La Divina Commedia li se tkun ippubblikata fl-2021 biex jitfakkru s-700 sena mill-mewt ta’ Dante. Il-konverżazzjoni se tinkludi lit-traduttur, Alfred Palma, lill-pubblikatur, Joseph Mizzi, lil Richard Muscat mill-Fondazzjoni AŻAD u lil Massimo Sarti mill-Istituto Italiano di Cultura. Dan l-avveniment se jkun bit-Taljan u qed jitħejja mill-Istituto Italiano di Cultura b’ħidma mal-Assoċjazzjoni Vitaliano Brancati. L-Istituto Italiano di Cultura twaqqaf fi Frar tal-1971 u huwa wkoll is-Sezzjoni Kulturali tal-Ambaxxata Taljana f’Malta. L-Istituto huwa simbolu tal-kultura Taljana f’Malta, u l-għan ewlieni tiegħu huwa li jxerred dil-kultura u l-arti tagħha. Dan jagħmlu billi jorganizza attivitajiet kulturali, imexxi librerija li minnha jistgħu jissellfu l-kotba l-membri tagħha, u jikkollabora fil-qasam tal-edukazzjoni. Ħa ħsieb ukoll li jistabbilixxi xibka ta’ kuntatti bejn l-Università ta’ Malta u studji ta’ riċerka f’universitajiet Taljani, organizzazzjonijiet tal-istat u istituzzjonijiet oħra. L-Istituto jippromwovi avvenimenti bħal eżebizzjonijiet, kunċerti, drammi u konferenzi li jkunu miftuħa għal dawk kollha interessati fil-kultura u l-ħajja Taljana. VIDEO PLAY VIDEO Close modal SHARE POST Similar Posts Taħdita minn Veronica Veen – Inanna Publishers – Ikkanċellat 7th November, 2024 5:30 PM - 6:00 PM Read More Taħdita minn Veronica Veen – Inanna Publishers – Ikkanċellat 6th November, 2024 5:30 PM - 6:00 PM Read More L’editoria indipendente in Italia oggi – Istituto Italiano di Cultura – Is-Sala tal-Qarrejja 10th November, 2024 5:00 PM - 6:00 PM Read More Exploring the East: Marco Polo’s Journey through Cathay – Istituto Italiano di Cultura – Is-Sala tal-Qarrejja 9th November, 2024 6:00 PM - 7:00 PM Read More Cento anni di Goliarda Sapienza. Conversazione con Maria Rizzarelli – IIC – Is-Sala tal-Qarrejja 9th November, 2024 5:00 PM - 6:00 PM Read More Taħdita: Il-Korrispondenza bejn Ġużè Cardona u Karmen Mikallef Buħaġar – L-Akkademja tal-Malti – Is-Sala tal-Qarrejja 7th November, 2024 7:30 PM - 8:30 PM Read More Niltaqgħu mal-Awtriċi: Anna-Elisabeth Mayer Taqra mir-Rumanz ‘Kreidezeit’ (2023) – GMC / Dept. of German, UM – Is-Sala tal-Qarrejja 9th November, 2024 7:30 PM - 8:30 PM Read More Daniel Massa, laqgħa mal-poeta – Kotba Calleja – Ir-Rokna tal-Ktieb 10th November, 2024 4:30 PM - 5:00 PM Read More L-Irwol tal-Illustraturi Kontemporanji: Diskussjoni u Tnedija tal-Illustration Annual 2024 – MCOI – Is-Sala tal-Qarrejja 9th November, 2024 2:30 PM - 3:30 PM Read More