Home / News / Taħt il-Qoxra: Marie Briguglio u Steve Bonello Back to News Taħt il-Qoxra: Marie Briguglio u Steve Bonello Audiovisual • Initiatives • News • Taħt il-Qoxra 1st March, 2020 F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet ma’ Marie Briguglio u Steve Bonello. Mal-mistednin tkellimna primarjament dwar il-ktieb No Man’s Land: People, Place and Pollution (Kite Group, 2018) li huwa l-ewwel rebbieħ tal-kategorija l-ġdida tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, il-Letteratura mhux Fittizja. Ħarisna lejn il-ġeneru msemmi, it-‘traġedja’ tar-riżorsi komuni tal-pajjiż u t-tema ambjentali, fost oħrajn. Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk. Dr. Marie Briguglio hija akkademika fl-Università ta’ Malta fid-Dipartiment tal-Ekonomija, u tgħallem l-Environmental Economics, il-Behavioural Economics u s-Social Marketing. Għandha dottorat fl-Ekonomija (Stirling) u Maġisteru tax-Xjenza fl-Environmental and Resource Economics (Londra). Marie Briguglio rebħet ukoll premjijiet relatati mal-kitba u l-produzzjoni għal fuq l-iskrin, bi spettru estensiv ta’ xogħlijiet li jittrattaw temi soċjopolitiċi u ambjentali. Rebħet il-Premju tal-Organizzazzjoni għall-Proprjetà Intellettwali Dinjija fil-kreattività. Steve Bonello huwa kartunista veteran, artist u ambjentalist. Artist imħarreġ b’mod awtonomu, xogħlu jżewweġ l-umoriżmu ma’ temi kemmxejn skuri li jesploraw l-assurdità eżistenzjali tal-ħajja. Fl-1988 u l-1991 tella’ żewġ eżibizzjonijiet personali u reċentament ħa sehem fl-eżibizzjoni Xebgħa Nies (2014). Mill-1991 ippublika cartoon ta’ kull ġimgħa fis-Sunday Times ta’ Malta. Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm. SHARE POST Related Articles Make a mark abroad! Literary agent Simon Trewin offers practical networking tips during a free Zoom session News 12th September, 2025 Read More Bringing children’s literature to dynamic life on stage at the Malta Book Festival Festivals 10th September, 2025 Read More The National Book Council welcomes new board members News 10th September, 2025 Read More POSITION OF MANAGER WITH THE NATIONAL BOOK COUNCIL: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More Booker Prize winner Samantha Harvey heads to Malta Book Festival News 2nd September, 2025 Read More The Commonwealth Short Story Prize 2026 Opens for Submissions in Maltese and English News 1st September, 2025 Read More Shortlist For The 2025 National Book Prize Announced News 26th August, 2025 Read More What Makes a Great Short Story? News 18th August, 2025 Read More ANNOUNCING THE NBC’S SHORT STORY WORKSHOP TOUR (AUG-OCT 2025) News 5th August, 2025 Read More The National Book Council launches Five-Year Strategy 2025–2030 News 5th August, 2025 Read More view all similar news
Make a mark abroad! Literary agent Simon Trewin offers practical networking tips during a free Zoom session News 12th September, 2025 Read More
Bringing children’s literature to dynamic life on stage at the Malta Book Festival Festivals 10th September, 2025 Read More
POSITION OF MANAGER WITH THE NATIONAL BOOK COUNCIL: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More
The Commonwealth Short Story Prize 2026 Opens for Submissions in Maltese and English News 1st September, 2025 Read More