Home / News / Taħt il-Qoxra: Marie Briguglio u Steve Bonello Back to News Taħt il-Qoxra: Marie Briguglio u Steve Bonello Inizjattivi • Other • Produzzjonijiet awdjoviżivi • Taħt il-Qoxra 1st March, 2020 F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet ma’ Marie Briguglio u Steve Bonello. Mal-mistednin tkellimna primarjament dwar il-ktieb No Man’s Land: People, Place and Pollution (Kite Group, 2018) li huwa l-ewwel rebbieħ tal-kategorija l-ġdida tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, il-Letteratura mhux Fittizja. Ħarisna lejn il-ġeneru msemmi, it-‘traġedja’ tar-riżorsi komuni tal-pajjiż u t-tema ambjentali, fost oħrajn. Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk. Dr. Marie Briguglio hija akkademika fl-Università ta’ Malta fid-Dipartiment tal-Ekonomija, u tgħallem l-Environmental Economics, il-Behavioural Economics u s-Social Marketing. Għandha dottorat fl-Ekonomija (Stirling) u Maġisteru tax-Xjenza fl-Environmental and Resource Economics (Londra). Marie Briguglio rebħet ukoll premjijiet relatati mal-kitba u l-produzzjoni għal fuq l-iskrin, bi spettru estensiv ta’ xogħlijiet li jittrattaw temi soċjopolitiċi u ambjentali. Rebħet il-Premju tal-Organizzazzjoni għall-Proprjetà Intellettwali Dinjija fil-kreattività. Steve Bonello huwa kartunista veteran, artist u ambjentalist. Artist imħarreġ b’mod awtonomu, xogħlu jżewweġ l-umoriżmu ma’ temi kemmxejn skuri li jesploraw l-assurdità eżistenzjali tal-ħajja. Fl-1988 u l-1991 tella’ żewġ eżibizzjonijiet personali u reċentament ħa sehem fl-eżibizzjoni Xebgħa Nies (2014). Mill-1991 ippublika cartoon ta’ kull ġimgħa fis-Sunday Times ta’ Malta. Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm. SHARE POST Related Articles Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2026 Other 12th May, 2026 Read More Il-Maltin jixtru 3 kotba fis-sena – sondaġġ ġdid News 12th May, 2026 Read More Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More view all similar news
Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More