Home / Programme / Tnedija ta’ ‘Country Villas in XVIII Century Malta’ – Kite Group Tnedija ta’ ‘Country Villas in XVIII Century Malta’ – Kite Group 12th November, 2020 7:50 PM - 8:10 PM Country Villas in XVIII Century Malta jistħarreġ suġġett partikulari fl-istorja tal-arkitettura Maltija, dik tal-bini ta’ vilel suburbani għas-sinjuri tas-seklu 18. Dil-pubblikazzjoni għandha tixħet dawl ġdid fuq das-suġġett u żżid mal-għarfien li hemm. Id-drawwa li jinbnew vilel barra r-raħal jew belt bdewha l-Kavallieri tal-Ordni ta’ San Ġwann u tħajru magħhom dawk tal-klassi l-għolja. Dal-ktieb jiffoka fuq tliet binjiet u l-arkitettura tagħhom – Villa Preziosi, Villa Bologna u Villa Gourgion – kif ukoll hemm kapitli li jitkellmu fuq patrunaġġ, tekniki tal-bini kontemporanji u l-finanzjament tal-vilel. Il-ktieb jinkludi bosta tpinġijiet arkitettorali tal-vilel magħmula mill-awtur flimkien ma’ ritratti suwed u bojod ta’ Charles Paul Azzopardi kkummissjonati apposta għal dil-pubblikazzjoni u oħrajn antiki ta’ Richared Ellis. Il-kreattività, l-innovazzjoni, il-kwalità u l-interess għall-qarreja huma fost l-aktar kunsiderazzjonijiet importanti għal Kite Group. Permezz ta’ kull ktieb, Kite Group ikun irid joħloq esperjeza li tagħti gost lill-qarrejja. Dan jgħodd kemm għal min ifittex il-viżiv u anki għal min ifittex il-qari. Fost il-kotba li ġew ippubblikati minn din id-dar tal-pubblikazzjonijiet, rebbieħa ta’ diversi premjijiet, hemm dawk dwar l-arti, il-kultura, bijografiji, stejjer qosra, kotba t’umoriżmu, fotografija, arkitettura, liġi u l-istorja ta’ pajjiżna. Kite Group joffri servizz lill-qarrejja u lil kull min irid jippubblika ktieb. Tista’ tixtri kotba ppubblikati minn Kite Group minn www.kitegroup.com.mt u tingħata skont ta’ 25% billi ddaħħal il-coupon code BOOKS25. VIDEO PLAY VIDEO Close modal SHARE POST Similar Posts Il-President Myriam Spiteri Debono tiffirma Tisjir mill-Qalb – Agenda Bookshop – L-Istand 42 🇲🇹 9th November, 2025 3:00 PM Read More Tberfil and the Art of Maltese Vehicular Decoration in the 20th Century: Book launch and discussion – Steven Scicluna – Is-Sala tal-Kittieba 🇬🇧 9th November, 2025 12:00 PM - 1:00 PM Read More Antoloġija 2: Tnedija ta’ ktieb – Aphroconfuso – Is-Sala tal-Kittieba 🇲🇹 8th November, 2025 4:00 PM - 5:00 PM Read More Tnedija ta’ Leħen il-Malti – Għadd 44 – L-Għaqda tal-Malti – Università – Is-Sala tal-Kittieba 🇲🇹 7th November, 2025 5:30 PM - 6:30 AM Read More Es Sidr ta’ Omar N’Shea: Tnedija ta’ ktieb – Aphroconfuso – L-Istand 7 🇲🇹 5th November, 2025 6:15 PM - 7:00 PM Read More Cento anni di Goliarda Sapienza. Conversazione con Maria Rizzarelli – IIC – Is-Sala tal-Qarrejja 9th November, 2024 5:00 PM - 6:00 PM Read More Niltaqgħu mal-Awtriċi: Anna-Elisabeth Mayer Taqra mir-Rumanz ‘Kreidezeit’ (2023) – GMC / Dept. of German, UM – Is-Sala tal-Qarrejja 9th November, 2024 7:30 PM - 8:30 PM Read More Daniel Massa, laqgħa mal-poeta – Kotba Calleja – Ir-Rokna tal-Ktieb 10th November, 2024 4:30 PM - 5:00 PM Read More L-Irwol tal-Illustraturi Kontemporanji: Diskussjoni u Tnedija tal-Illustration Annual 2024 – MCOI – Is-Sala tal-Qarrejja 9th November, 2024 2:30 PM - 3:30 PM Read More