L-Isfida Msella – San Anton u KNK – It-Teatru
18th October, 2023
6:00 PM - 7:00 PM

Għat-tielet sena konsekuttiva, l-iskola ta’ San Anton qed tiċċelebra dawk l-istudenti li ħadu sehem u temmew b’mod sodisfaċenti L-Isfida Msella. L-Isfida Msella hija sfida eċitanti dwar il-qari bil-Malti fejn l-istudenti qraw tliet kotba fi tliet xhur u ħadmu fuq proġetti mnebbħa minnhom, fosthom posters, kitba kreattiva u trailers tal-kotba. Waqt din is-serata, l-istudenti li pparteċipaw se jingħataw premju.