Home / Programme / Mill-Kunċett għall-Animazzjoni: Ix-Xogħol ta’ Kyle Xuereb Cunningham għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb – KNK u ACM – Is-Sala tal-Qarrejja Mill-Kunċett għall-Animazzjoni: Ix-Xogħol ta’ Kyle Xuereb Cunningham għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb – KNK u ACM – Is-Sala tal-Qarrejja 9th November, 2024 1:00 PM - 2:00 PM Skopri t-traġitt kreattiv tal-moħħ wara l-materjal ta’ promozzjoni tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb tal-2023 u ta’ dis-sena: l-illustratur u animatur Kyle Xuereb Cunningham. Sir af x’jinkludi fih il-proċess tal-animazzjoni, mill-ħolqien tal-istoryboard sal-aħħar irtokki. Dis-sessjoni qed tittella’ b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Malti għall-Arti. Trid tirreġistra għal dan l-avveniment b’xejn. Irreġistra hawn taħt. Ispirat mill-imħabba tiegħu għall-irrakkuntar, Kyle għandu ħabta jaqbeż mid-dinja tal-animazzjoni għal dik tal-illustrazzjoni. B’esperjenza f’filmati animati, il-films qosra tiegħu ntwerew f’diversi festivals internazzjonali tal-films. Matul l-aħħar ftit snin, Kyle ffoka fuq l-illustrazzjonijiet ta’ kotba għat-tfal, imma madankollu baqa’ jidderieġi filmati animati qosra u xogħol ieħor marbut mas-serje kontinwa tiegħu ta’ tpinġijiet ta’ persuni b’identità queer. Kyle dderieġa u anima l-filmati promozzjonali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2023 u 2024. SHARE POST Similar Posts Eħlisna mid-Deni: A taste of Karl Schembri’s explosive new novel – Merlin Publishers – Is-Sala tal-Qarrejja 🇲🇹 9th November, 2025 6:00 PM - 7:00 PM Read More Noti Editorjali: Noah Fabri – Taħdita bejn il-kittieba u l-edituri – Aphroconfuso – L-Istand 7 🇲🇹 9th November, 2025 4:45 PM - 5:30 PM Read More Il-Ktieb Malti għat-Tfal: Xi stejjer qed jaslu f’idejn il-qarrejja żgħar? – KNK – Is-Sala tal-Kittieba 🇲🇹 9th November, 2025 2:00 PM - 3:00 PM Read More Noti Editorjali: Kurt Borg – Taħdita bejn il-kittieba u l-edituri – Aphroconfuso – L-Istand 7 🇲🇹 9th November, 2025 11:45 AM - 12:30 PM Read More Noti Editorjali: Nicole Borg – Taħdita bejn il-kittieba u l-edituri – Aphroconfuso – L-Istand 7 🇲🇹 9th November, 2025 10:45 AM - 11:30 AM Read More Iltaqa’ mal-Awtriċi u Ffirmar ta’ Kotba: Lorraine Galea – Pandora Books – L-Istand 33 🇲🇹 8th November, 2025 6:30 PM - 7:15 PM Read More Antoloġija 2: Tnedija ta’ ktieb – Aphroconfuso – Is-Sala tal-Kittieba 🇲🇹 8th November, 2025 4:00 PM - 5:00 PM Read More Noti Editorjali: Jimmy Grima – Taħdita bejn il-kittieba u l-edituri – Aphroconfuso – L-Istand 7 🇲🇹 8th November, 2025 11:45 AM - 12:30 PM Read More Noti Editorjali: Miriam Galea – Taħdita bejn il-kittieba u l-edituri – Aphroconfuso – L-Istand 7 🇲🇹 8th November, 2025 10:45 AM - 12:00 PM Read More