Home / Programme / Minn Tema għal Illustrazzjoni: Workshop minn Ed Dingli (14+) – KNK u l-Kunsill Malti għall-Arti (ACM) – Is-Sala tal-Qarrejja Minn Tema għal Illustrazzjoni: Workshop minn Ed Dingli (14+) – KNK u l-Kunsill Malti għall-Arti (ACM) – Is-Sala tal-Qarrejja 9th November, 2024 11:30 AM - 12:30 PM Ingħaqad mal-illustratur tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2024 – Ed Dingli – għal workshop immirat għal parteċipanti minn 14-il sena ’l fuq dwar kif tittrasforma tema f’illustrazzjoni. L-udjenza se tkun mistiedna tħażżeż ma’ Ed biex tipprattika dak li tkun għadha kif semgħet rigward ideat, mapep mentali u kliem muftieħ. Dan il-workshop qed isir f’kollaborazzjoni mal-Kunsill Malti għall-Arti. Trid tirreġistra għal dan l-avveniment, li huwa b’xejn. Irreġistra hawn taħt. Ed illustratur u disinjatur minn Malta. L-illustrazzjonijiet tiegħu jirriflettu dak li jiġri madwaru fid-dinja b’viżwal vibranti li jmiss, iwieżen u jispira lil min jarahom. L-istil tiegħu jinbidel kulma jmur, u dejjem ifittex li jesperimenta bil-forma u t-teknika. Ed għex u ħadem Londra, u bħalissa jgħix il-Portugal fejn qed iqatta’ ħinu fin-natura u jesplora b’mod kreattiv x’kapaċi jagħmel. Ix-xogħol tiegħu bl-akriliku u ż-żejt deher ħdejn dak tal-artist Patarra waqt l-esebizzjoni ‘Ngħaddu ż-Żmien’ tas-Soċjetà Maltija tal-Arti. SHARE POST Similar Posts ELLA (ETAJIET 12–16): XOW TEATRALI 🇲🇹 8th November, 2026 6:00 PM - 6:45 PM Read More ELLA (ETAJIET 12–16): XOW TEATRALI 🇲🇹 7th November, 2026 6:00 PM - 6:45 PM Read More ELLA (ETAJIET 12–16): XOW TEATRALI 🇲🇹 4th November, 2026 6:00 PM - 6:45 PM Read More Il-Kitba tal-Avventuri: Workshop ta’ kitba għall-etajiet ta’ bejn it-12 u s-16-il sena 7th November, 2026 4:00 PM - 8:30 PM Read More Tnedija ta’ ‘The Quest of Re-Creation’ ta’ Marcus Azzopardi – Kotba Calleja 🇬🇧 7th November, 2026 4:00 PM - 5:00 PM Read More L-Arti tal-Ġisem – Malta Community of Illustrators (MCOI) and Faber-Castell – Stand 1 🇲🇹/🇬🇧 8th November, 2025 4:00 PM - 8:00 PM Read More L-Arti tal-Ġisem – Malta Community of Illustrators (MCOI) and Faber-Castell – Stand 1 🇲🇹/🇬🇧 7th November, 2025 5:00 PM - 8:00 PM Read More L-Arti tal-Ġisem – Malta Community of Illustrators (MCOI) and Faber-Castell – Stand 1 🇲🇹/🇬🇧 6th November, 2025 5:00 PM - 8:00 PM Read More L-Arti tal-Ġisem – Malta Community of Illustrators (MCOI) and Faber-Castell – Stand 1 🇲🇹/🇬🇧 5th November, 2025 5:00 PM - 8:00 PM Read More