Home / Programme / Taboo! Il-kittieb Malti għadu jrid joqgħod attent x’jista’ u ma jistax jikteb, fl-2021? – Merlin Publishers Taboo! Il-kittieb Malti għadu jrid joqgħod attent x’jista’ u ma jistax jikteb, fl-2021? – Merlin Publishers 26th March, 2021 2:00 PM - 3:00 PM [embedyt] https://www.youtube.com/watch?v=IK6DtA5zhOM[/embedyt] Faċli ninsew li sal-2009, awturi u pubblikaturi kienu għadhom jirriskjaw il-ħabs jekk jippubblikaw testi meqjusa oxxeni jew risqué żżejjed. Dak iż-żmien għadda, u ċ-ċensura formali m’għadhiex magħna. Allura fl-2021 kull awtur jista’ jikteb li jrid, jew xorta jrid joqgħod attent x’jista’ u ma jistax jikteb? Teżisti ċensura informali, indiretta jew addirittura awtoċensura, hawn Malta? Flimkien ma’ Chris Gruppetta minn Merlin Publishers jingħaqdu LON Kirkop, rebbieħ tal-Konkors ta’ Kitba – Letteratura għaż-Żgħażagħ 2020, l-awtriċi Loranne Vella, u Kirsten Spiteri. LON Kirkop huwa artist viżiv u awtur ta’ 29 sena. L-imħabba lejn l-arti, il-kitba u t-teatru bdiet minn età żgħira u llum fix-xogħol tiegħu jgħaqqad flimkien dawn it-tliet dixxiplini. Studja fl-Istitut tal-Arti Kreattiva ġewwa l-MCAST fejn fl-2017 gradwa b’ B.A. (Unuri) fil-Fine Arts u bħalissa qiegħed jagħmel M.A. fil-Printmaking ġewwa Cambridge School of Arts fir-Renju Unit. Il-Manuskritt tiegħu Mitt Elf Isem Ieħor, li rebaħ il-Konkors ta’ Kitba Letteratura għaż-Żgħażagħ 2020, se jiġi ppubblikat mill-Merlin Publishers aktar tard din is-sena. Loranne Vella hija kittieba, tradutturiċi, u performer ibbażata Brussell. Kitbet it-triloġija fantaxjentifika Il-Fiddien ma’ Simon Bartolo, MagnaTM Mater u Rokit, kif ukoll għadd ta’ novelli u l-ġabra riċenti ta’ novelli mill-bieb ‘il ġewwa. Qalbet għall-Malti serje ta’ kotba għat-tfal, u rebħet bosta premji letterarji lokali kemm għax-xogħol oriġinali tagħha, fosthom il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, u anki għat-traduzzjonijiet. Kirsten Spiteri twieled fl-1987. Meta kellu biss tnax-il sena, kellu l-ewwel kitba tiegħu li ġiet ippubblikata fuq ir-rivista Sagħtar. Fl-2017 rebaħ il-kategorija tal-Young Adults waqt il-Festival tal-Ktieb ta’ Londra. SHARE POST Similar Posts Noti Editorjali: Noah Fabri – Taħdita bejn il-kittieba u l-edituri – Aphroconfuso – L-Istand 7 🇲🇹 9th November, 2025 4:45 PM - 5:30 PM Read More Niċċelebraw il-Letteratura Taljana – Istituto Italiano di Cultura La Valletta – Is-Sala tal-Qarrejja 🇮🇹 9th November, 2025 4:30 PM - 5:30 PM Read More Kif jinkitbu l-artikli tal-Wikipedija? – Wikimedia Community Malta (WCM) u KNK – L-Atelier 🇲🇹/🇬🇧 9th November, 2025 4:00 PM - 4:00 PM Read More Niċċelebraw il-Letteratura Taljana – Istituto Italiano di Cultura La Valletta – Is-Sala tal-Qarrejja 🇮🇹 9th November, 2025 3:30 PM - 4:30 PM Read More Il-Ktieb Malti għat-Tfal: Xi stejjer qed jaslu f’idejn il-qarrejja żgħar? – KNK – Is-Sala tal-Kittieba 🇲🇹 9th November, 2025 2:00 PM - 3:00 PM Read More Noti Editorjali: Kurt Borg – Taħdita bejn il-kittieba u l-edituri – Aphroconfuso – L-Istand 7 🇲🇹 9th November, 2025 11:45 AM - 12:30 PM Read More Noti Editorjali: Nicole Borg – Taħdita bejn il-kittieba u l-edituri – Aphroconfuso – L-Istand 7 🇲🇹 9th November, 2025 10:45 AM - 11:30 AM Read More Xi Ngħidu dwar l-Ewwel Maltin?: Preżentazzjoni ta’ ktieb u taħdita minn Veronica Veen u Adrian Van der Blom – Inanna Publishers – Is-Sala tal-Qarrejja 🇬🇧 8th November, 2025 7:00 PM - 8:30 PM Read More Kif jinkitbu l-artikli tal-Wikipedija? – Wikimedia Community Malta (WCM) u KNK – L-Atelier 🇲🇹/🇬🇧 8th November, 2025 7:00 PM - 8:00 PM Read More