Home / Programme / Taboo! Il-kittieb Malti għadu jrid joqgħod attent x’jista’ u ma jistax jikteb, fl-2021? – Merlin Publishers Taboo! Il-kittieb Malti għadu jrid joqgħod attent x’jista’ u ma jistax jikteb, fl-2021? – Merlin Publishers 26th March, 2021 2:00 PM - 3:00 PM [embedyt] https://www.youtube.com/watch?v=IK6DtA5zhOM[/embedyt] Faċli ninsew li sal-2009, awturi u pubblikaturi kienu għadhom jirriskjaw il-ħabs jekk jippubblikaw testi meqjusa oxxeni jew risqué żżejjed. Dak iż-żmien għadda, u ċ-ċensura formali m’għadhiex magħna. Allura fl-2021 kull awtur jista’ jikteb li jrid, jew xorta jrid joqgħod attent x’jista’ u ma jistax jikteb? Teżisti ċensura informali, indiretta jew addirittura awtoċensura, hawn Malta? Flimkien ma’ Chris Gruppetta minn Merlin Publishers jingħaqdu LON Kirkop, rebbieħ tal-Konkors ta’ Kitba – Letteratura għaż-Żgħażagħ 2020, l-awtriċi Loranne Vella, u Kirsten Spiteri. LON Kirkop huwa artist viżiv u awtur ta’ 29 sena. L-imħabba lejn l-arti, il-kitba u t-teatru bdiet minn età żgħira u llum fix-xogħol tiegħu jgħaqqad flimkien dawn it-tliet dixxiplini. Studja fl-Istitut tal-Arti Kreattiva ġewwa l-MCAST fejn fl-2017 gradwa b’ B.A. (Unuri) fil-Fine Arts u bħalissa qiegħed jagħmel M.A. fil-Printmaking ġewwa Cambridge School of Arts fir-Renju Unit. Il-Manuskritt tiegħu Mitt Elf Isem Ieħor, li rebaħ il-Konkors ta’ Kitba Letteratura għaż-Żgħażagħ 2020, se jiġi ppubblikat mill-Merlin Publishers aktar tard din is-sena. Loranne Vella hija kittieba, tradutturiċi, u performer ibbażata Brussell. Kitbet it-triloġija fantaxjentifika Il-Fiddien ma’ Simon Bartolo, MagnaTM Mater u Rokit, kif ukoll għadd ta’ novelli u l-ġabra riċenti ta’ novelli mill-bieb ‘il ġewwa. Qalbet għall-Malti serje ta’ kotba għat-tfal, u rebħet bosta premji letterarji lokali kemm għax-xogħol oriġinali tagħha, fosthom il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, u anki għat-traduzzjonijiet. Kirsten Spiteri twieled fl-1987. Meta kellu biss tnax-il sena, kellu l-ewwel kitba tiegħu li ġiet ippubblikata fuq ir-rivista Sagħtar. Fl-2017 rebaħ il-kategorija tal-Young Adults waqt il-Festival tal-Ktieb ta’ Londra. VIDEO PLAY VIDEO Close modal SHARE POST Similar Posts Mini Workshops Kreattivi – Inanna Publishers – Ikkanċellat 10th November, 2024 1:00 PM - 1:30 PM Read More L’editoria indipendente in Italia oggi – Istituto Italiano di Cultura – Is-Sala tal-Qarrejja 10th November, 2024 5:00 PM - 6:00 PM Read More Exploring the East: Marco Polo’s Journey through Cathay – Istituto Italiano di Cultura – Is-Sala tal-Qarrejja 9th November, 2024 6:00 PM - 7:00 PM Read More Cento anni di Goliarda Sapienza. Conversazione con Maria Rizzarelli – IIC – Is-Sala tal-Qarrejja 9th November, 2024 5:00 PM - 6:00 PM Read More Taħdita: Il-Korrispondenza bejn Ġużè Cardona u Karmen Mikallef Buħaġar – L-Akkademja tal-Malti – Is-Sala tal-Qarrejja 7th November, 2024 7:30 PM - 8:30 PM Read More Niltaqgħu mal-Awtriċi: Anna-Elisabeth Mayer Taqra mir-Rumanz ‘Kreidezeit’ (2023) – GMC / Dept. of German, UM – Is-Sala tal-Qarrejja 9th November, 2024 7:30 PM - 8:30 PM Read More ‘Prophet Song’: Kelma mal-Awtur Paul Lynch, Rebbieħ tal-Premju Booker – KNK – It-Teatru 8th November, 2024 8:00 PM - 9:00 PM Read More Daniel Massa, laqgħa mal-poeta – Kotba Calleja – Ir-Rokna tal-Ktieb 10th November, 2024 4:30 PM - 5:00 PM Read More L-Irwol tal-Illustraturi Kontemporanji: Diskussjoni u Tnedija tal-Illustration Annual 2024 – MCOI – Is-Sala tal-Qarrejja 9th November, 2024 2:30 PM - 3:30 PM Read More