Skip to content

Literature from Malta – Foreign Rights Catalogue 2024

Image of Literature from Malta – Foreign Rights Catalogue 2024

Bħala parti mill-pakkett tal-London Book Fair 2025, il-KNK nieda inizjattivi varji sabiex jitwieżnu l-pubblikaturi, l-awturi u l-illustraturi minn Malta. Anki bis-saħħa ta’ inizjattivi oħra tul is-sena, il-KNK jara li jqawwi t-talent lokali u jesebixxi r-rikkezza tal-kultura letterarja Maltija fuq il-palk dinji.

Il-pubblikaturi Maltin ġew mistiedna sabiex jesebixxu sa 5 kotba minn tagħhom f’katalgu tad-drittijiet ta’ barra li ħoloq il-KNK u li se jiddistribwixxih waqt il-fiera u f’avvenimenti internazzjonali oħra fl-2024. L-awturi tħeġġew jikkollaboraw mal-pubblikaturi tagħhom sabiex il-ktieb tagħhom jidher fil-katalgu, u dan jgħin ukoll fil-kollaborazzjonijiet globali li jaf jitwieldu minn din l-inizjattiva. Il-KNK stieden ukoll lill-illustraturi Maltin biex jissottomettu l-proposti tagħhom għal illustrazzjonijiet li dehru fl-istand tal-KNK f’Londra, numru 6A34. Tmien illustrazzjonijiet kienu esebiti fuq l-istand tul il-jiem kollha tal-fiera, u għalhekk professjonisti oħra internazzjonali u l-pubbliku ġenerali setgħu jaraw ix-xogħol u min hu l-artist. Barra minn hekk, is-sottomissjonijiet kollha dehru fil-katalgu msemmi aktar ’il fuq, Literature from Malta: Foreign Rights Catalogue 2024.

Tista’ tniżżel il-katalgu bl-Ingliż Literature from Malta: Foreign Rights Catalogue 2024 minn hawnhekk

Disinn u Kunċett: Sarah Cachia Falzon
Illustrazzjoni: Mattie De Bono
Tipa Primarja: Hannah Grech Pirotta

SHARE POST

This site is registered on wpml.org as a development site. Switch to a production site key to remove this banner.