Skip to content

Ir-Rapporti Annwali 2016

Image of Ir-Rapporti Annwali 2016

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi pjaċir jippreżenta r-Rapport Annwali tal-2016 – sena ta’ kontribuzzjoni intensiva minn-naħa tal-kunsill fl-industrija tal-kotba u x-xena letterarja lokali b’bosta kollaborazzjonijiet u inizjattivi ġodda. Il-kunsill qed jikber fl-għanijiet tiegħu u r-rwol tiegħu fil-formazzjoni ta’ politika pubblika qed isir iktar prominenti bil-ħidma li qed isir fuq il-liġi tad-drittijiet tal-awtur u l-pubblikatur u l-liġi fuq iċ-ċensura (Abbozz 113). Imxejna ħafna l’quddiem fl-għan tagħna li nieħdu rwol iktar attiv fl-industrija tal-kotba u nistgħu ngħidu li l-isforzi tagħna sabiex nesportaw letteratura Maltija l’hinn minn xtutna diġà qed ikunu ta benefiċċju kbir għal għadd ta’ kittieba Maltin permezz ta’ traduzzjonijiet u kuntratti ma’ pubblikaturi barranin.

Tista’ taċċessa r-Rapport Annwali 2016 bil-Malti hawnhekk.

SHARE POST

This site is registered on wpml.org as a development site. Switch to a production site key to remove this banner.