Skip to content

Taħt il-Qoxra: Charmaine V. Galea

Image of Taħt il-Qoxra: Charmaine V. Galea

F’dan l-episodju mis-sensiela ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Charmaine V. Galea.

Mal-mistiedna tkellimna dwar il-ġeneru taċ-chick lit u l-post tiegħu fil-letteratura Maltija, għaliex iddeċidiet li tieħu din it-triq, hijiex ġustifikata l-kritika li ssir kontinentalment lejn dan il-ġeneru, u l-irwol tal-protagonista mara fir-rumanzi tagħha f’kuntest letterarju, u sa ċertu punt anki soċjali, maskilista.

Isma’ l-intervista sħiħa minn hawn.

Charmaine V. Galea tgħid li l-passjoni tagħha hija l-kitba u l-kotba, għax skontha m’hawn xejn isbaħ ‘mill-iswed fuq l-abjad’.

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.

SHARE POST

This site is registered on wpml.org as a development site. Switch to a production site key to remove this banner.