Skip to content

Taħt il-Qoxra: Luke, Peter, Ivan u Greta…il-komik

Image of Taħt il-Qoxra: Luke, Peter, Ivan u Greta…il-komik

F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet mat-tim li pproduċa l-komik Taħt u l-għaqda mhux governattiva Graphic Novel Malta.

Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk.

Ivan Ellul kiteb episodju għat-teledrama Maltija, u komiks li jesploraw l-avventuri fir-rakkonti popolari Maltin. Peter Magro ħadem fuq diversi produzzjonijiet lokali tal-komiks, u bħalissa huwa l-Viċi-President tal-għaqda mhux governattiva Graphic Novels Library Malta. Jaħdem mill-qrib ma’ Malta Libraries, u huwa għalliem tal-arti. Luke Caruana huwa gradwat fit-traduzzjoni u t-terminoloġija. Traduttur freelance fuq proġetti letterarji fil-Malti, l-Ingliż u t-Taljan. Ittraduċa Taħt, u huwa membru ta’ Graphic Novel Malta.

Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.

SHARE POST

This site is registered on wpml.org as a development site. Switch to a production site key to remove this banner.