Home / News / Taħt il-Qoxra: Narcy Calamatta u Iggy Fenech Back to News Taħt il-Qoxra: Narcy Calamatta u Iggy Fenech Audiovisual • Initiatives • News • Taħt il-Qoxra 9th August, 2020 F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet ma’ Narcy Calamatta u Iggy Fenech. Mal-mistiedna tkellimna dwar il-ġeneru tal-fares tal-Commedia dell’Arte li huwa s-suġġet tal-ktieb tiegħu Għaliex Commedia? Għaliex Malta? Kollezzjoni t’Erba’ Fares tal-Commedia dell’Arte finalist tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fil-kategorija tad-drama. Imxejna lejn l-istorja tal-Commedia fl-irħula medjevali Taljani, figuri bħal Dario Fo u Giorgio Strehler, u l-kumpanija ŻARARTI, fost l-oħrajn. Isma’ l-intervista sħiħaw hawnhekk. Narcy Calamatta huwa wieħed mill-atturi Maltin li l-iżjed ilhom jaħdmu fuq il-palk. Ħadem bħala direttur, kommedjografu u xenografu fit-teatru u t-televixin. Ilu għexieren ta’ snin jaħdem fl-industrija taċ-ċinema internazzjonali kif ukoll fil-ġurnaliżmu, u kienet tiegħu l-inizjattiva fl-2007 biex ħeġġeġ lil sħabu biex jerġa’ jitqajjem interess fil-Commedia dell’Arte f’Malta. Calamatta huwa wkoll magħruf għal numru ta’ karattri li interpreta fil-kultura popolari Maltija. Illum Calamatta qed jikteb testi għall-films bil-ħsieb li għad jiġu prodotti għas-suq internazzjonali. Iggy Fenech beda l-karriera tiegħu fil-kitba għaxar snin ilu b’artiklu wieħed li deher f’The Malta Independent. Minn dak iż-żmien ’l hawn Iggy ma waqafx jikteb. Bħalissa huwa l-editur tal-aktar rivista popolari f ’Malta bl-Ingliż, is-Sunday Circle. Apparti dan, hu jikteb ukoll artikli dwar il-kultura u l-politika għal Newsbook.com.mt, fejn fihom jagħtil-fehma tiegħu dwar kwistjonijiet kurrenti. Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm. SHARE POST Related Articles John Edward DeMicoli from Malta wins 2026 regional Commonwealth Short Story Prize for Canada and Europe News 13th May, 2026 Read More The 2026 Doreen Micallef National Poetry Contest is Now Open for Entries News 12th May, 2026 Read More Average Maltese person buys three books a year, survey finds News 12th May, 2026 Read More Open Call for illustration submissions for the exhibition From Illustration to Book at the Malta Book Festival 2026 News 11th May, 2026 Read More National Book Council Publishes its Annual Report for 2025 News 17th April, 2026 Read More Commonwealth Short Story Prize welcomes the first ever Maltese author onto its regional shortlist News 15th April, 2026 Read More Exhibitors and Event Organisers – Apply Now To Participate At The 2026 Malta Book Festival! News 14th April, 2026 Read More Apply Now for a Free Online Course for Aspiring Book Editors News 13th April, 2026 Read More The 45 PLR Payment Is Out Public Lending Rights 9th April, 2026 Read More Call for Theatrical Adaptations of Maltese Books at the Malta Book Festival News 8th April, 2026 Read More view all similar news
John Edward DeMicoli from Malta wins 2026 regional Commonwealth Short Story Prize for Canada and Europe News 13th May, 2026 Read More
The 2026 Doreen Micallef National Poetry Contest is Now Open for Entries News 12th May, 2026 Read More
Open Call for illustration submissions for the exhibition From Illustration to Book at the Malta Book Festival 2026 News 11th May, 2026 Read More
Commonwealth Short Story Prize welcomes the first ever Maltese author onto its regional shortlist News 15th April, 2026 Read More
Exhibitors and Event Organisers – Apply Now To Participate At The 2026 Malta Book Festival! News 14th April, 2026 Read More
Call for Theatrical Adaptations of Maltese Books at the Malta Book Festival News 8th April, 2026 Read More