Home / News / Taħt il-Qoxra: Narcy Calamatta u Iggy Fenech back to news Taħt il-Qoxra: Narcy Calamatta u Iggy Fenech Inizjattivi • Other • Produzzjonijiet awdjoviżivi • Taħt il-Qoxra 9th August, 2020 F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet ma’ Narcy Calamatta u Iggy Fenech. Mal-mistiedna tkellimna dwar il-ġeneru tal-fares tal-Commedia dell’Arte li huwa s-suġġet tal-ktieb tiegħu Għaliex Commedia? Għaliex Malta? Kollezzjoni t’Erba’ Fares tal-Commedia dell’Arte finalist tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fil-kategorija tad-drama. Imxejna lejn l-istorja tal-Commedia fl-irħula medjevali Taljani, figuri bħal Dario Fo u Giorgio Strehler, u l-kumpanija ŻARARTI, fost l-oħrajn. Isma’ l-intervista sħiħaw hawnhekk. Narcy Calamatta huwa wieħed mill-atturi Maltin li l-iżjed ilhom jaħdmu fuq il-palk. Ħadem bħala direttur, kommedjografu u xenografu fit-teatru u t-televixin. Ilu għexieren ta’ snin jaħdem fl-industrija taċ-ċinema internazzjonali kif ukoll fil-ġurnaliżmu, u kienet tiegħu l-inizjattiva fl-2007 biex ħeġġeġ lil sħabu biex jerġa’ jitqajjem interess fil-Commedia dell’Arte f’Malta. Calamatta huwa wkoll magħruf għal numru ta’ karattri li interpreta fil-kultura popolari Maltija. Illum Calamatta qed jikteb testi għall-films bil-ħsieb li għad jiġu prodotti għas-suq internazzjonali. Iggy Fenech beda l-karriera tiegħu fil-kitba għaxar snin ilu b’artiklu wieħed li deher f’The Malta Independent. Minn dak iż-żmien ’l hawn Iggy ma waqafx jikteb. Bħalissa huwa l-editur tal-aktar rivista popolari f ’Malta bl-Ingliż, is-Sunday Circle. Apparti dan, hu jikteb ukoll artikli dwar il-kultura u l-politika għal Newsbook.com.mt, fejn fihom jagħtil-fehma tiegħu dwar kwistjonijiet kurrenti. Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm. SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More Ħareġ l-40 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th January, 2025 Read More view all similar news
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More