Skip to content

Taħt il-Qoxra: Omar Seguna

Image of Taħt il-Qoxra: Omar Seguna

F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet ma’ Omar Seguna.

Mal-mistieden tkellimna dwar l-element politiku fil-poeżiji tiegħu, l-irwol tal-poeżija fil-politika, u dwar il-linja editorjali tal-gazzetta li jikteb fiha fl-aħħar xhur ta’ taqlib politiku.

Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk.

Omar Seguna studja l-Università ta’ Malta fejn kiseb Baċellerat fl-Edukazzjoni, it-Teknoloġija u l-Istudji Umani u aktar tard Maġisteru fl-Informatika. Jaħdem bħala uffiċjal edukattiv fid-Direttorat għal-Litteriżmu Diġitali fil-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol.

Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.

SHARE POST

This site is registered on wpml.org as a development site. Switch to a production site key to remove this banner.