Home / News / Taħt il-Qoxra: Steve Borg Back to News Taħt il-Qoxra: Steve Borg Audiovisual • Initiatives • News • Taħt il-Qoxra 16th March, 2020 F’dan l-episodju mis-sensiela ‘Taħt il-Qoxra’ Rachelle Deguara tkellmet ma’ Steve Borg. Mal-mistieden tkellimna dwar iż-żewġ volumi tiegħu ta’ riċerka etnografika: Il-Maltin: Għemilhom, Drawwiethom, Ġrajjiethom, speċjalment it-tieni volum li għadu kif rebaħ bih il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. Ħarisna lejn in-nozzjonijiet ta’ ‘Malta l-qadima’ u ‘Malta l-ġdida’, in-natura ta’ xogħol etnografiku, il-grad tal-involviment tal-awtur f’riċerka etnografika, ir-referenza għal Ulied in-Nanna Venut fl-Amerka, il-kompatibbiltà ta’ kitba nazzjonalistika ma’ kitba soċjoekonomika, u t-taħlit f’ġensna u kif nirreaġixu għalih, u anki sibna ċ-ċans nisimgħu xi stejjer milli ltaqa’ magħhom. Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk. Dr. Steve Borg serva bħala segretarju ta’ FondazzjonI Wirt Artna u l-Għaqda Ħbieb tal-Arkivji Nazzjonali għal ħafna snin. Huwa pproduċa u ppreżenta diversi sensiliet fuq ir-radju u l-istazzjon televiżiv nazzjonali Malti, fosthom ‘Għeruqna’, ‘Worldbeat’ u ‘Kif Għadda ż-Żmien’, kif ukoll ittraduċa kotba għall-Malti. Ipproduċa wkoll għadd ta’ albums mużikali bil-Malti ta’ kantanti ewlenin. Borg iggradwa mill-Università ta’ Northumbria (Newcastle) u ġab id-dottorat mal-Università ta’ Hull fl-Arti u l-Midja l-Ġdida. Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm. SHARE POST Related Articles The National Book Council At The 2026 London Book Fair News 19th February, 2026 Read More Register now for the Annual Book Conference News 17th February, 2026 Read More Applying for Writing Residencies and Workshops Abroad: Free Zoom Session from UK Literary Agent News 12th February, 2026 Read More The National Book Council Salutes the Memory of Lina Brockdorff News 11th February, 2026 Read More National Book Prize 2026 – Applications Are Open News 3rd February, 2026 Read More How To Connect With Small Presses: Free Zoom Session for Maltese Authors and Publishers from UK Literary Agent News 27th January, 2026 Read More Festival, Funds and Strategic Developments in 2026: Key Dates News 26th January, 2026 Read More Shining an international spotlight on the Maltese book sector at London Book Fair 2026 News 22nd January, 2026 Read More A book donation by the National Book Council to Malta Libraries Initiatives 16th January, 2026 Read More JOIN THE NBC AT THE LONDON BOOK FAIR 2026: GUEST PASSES FOR NBC STAKEHOLDERS FROM MALTA News 12th January, 2026 Read More view all similar news
Applying for Writing Residencies and Workshops Abroad: Free Zoom Session from UK Literary Agent News 12th February, 2026 Read More
How To Connect With Small Presses: Free Zoom Session for Maltese Authors and Publishers from UK Literary Agent News 27th January, 2026 Read More
Shining an international spotlight on the Maltese book sector at London Book Fair 2026 News 22nd January, 2026 Read More
A book donation by the National Book Council to Malta Libraries Initiatives 16th January, 2026 Read More
JOIN THE NBC AT THE LONDON BOOK FAIR 2026: GUEST PASSES FOR NBC STAKEHOLDERS FROM MALTA News 12th January, 2026 Read More