Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed jippubblika bi pjaċir il-lista tal-kotba finalisti għall- Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2021.

Il-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u tal-Premju Terramaxka 2021 intgħażlu minn bord tal-aġġudikazzjoni indipendenti u l-lista tagħhom isservi bħala gwida għall-aħjar kotba ppubblikati f’Malta matul is-sena ta’ qabel. Il-kotba finalisti jistgħu jinxtraw mill-ħwienet tal-kotba kollha, mis-siti tal-pubblikaturi fuq l-internet, u mill-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2021 (3-7 ta’ Novembru), li se jsir fiċ-Ċentru għall-Fieri u l-Konvenzjonijiet (MFCC) f’Ta’ Qali.

Il-lista tal-2021 fiha 62 ktieb minn 154 li ġew sottomessi; 46 ktieb għamluha mal-finalisti f’seba’ kategoriji tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għall-adulti, filwaqt li s-16 l-oħra huma finalisti tal-Premju Terramaxka għat-tfal u l-adolexxenti. Minn dis-sena l-kategorija tat-Traduzzjoni twessgħet biex leqgħet xogħlijiet ta’ letteratura mhux fittizja, poeżija, u drama, kf ukoll xogħlijiet ta’ finzjoni bħal qabel. Il-kategorija tal-Poeżija reġgħet ingħaqdet biex leqgħet fiha ġabriet bil-Malti u bl-Ingliż.

Il-kategoriji uffiċjali tal-Premju Nazzjonal tal-Ktieb jinfirxu minn dawk letterarji għal oħrajn ta’ riċerka, fosthom ir-Rumanzi, il-Poeżija, in-Novelli, it-Traduzzjoni, u n-Novelli. Din tal-aħħar dis-sena ssorr ismijiet stabbiliti bħal Trevor Żahra u Joe Friggieri, iżda magħhom hemm jikkompetu Rita Saliba, Joe Camilleri, u r-rebbieħa tal-Premju tal-Unjoni Ewropea għal-Letteratura 2020 Lara Calleja. Bħalma jiġri kull sena, iż-żewġ kategoriji tar-riċerka, ir-Riċerka Ġenerali, u r-Riċerka Bijografika u Storjografika, isorru l-akbar għadd ta’ finalisti, b’kotba ta’ preġju li jkopru minn suġġetti ta’ Melitensia sa oħrajn. Il-kategorija tad-Drama ma kellhiex sottomissjonijiet. Ma ntgħażlux finalisti fil-kategorija tax-Xogħlijiet Oriġinali għall-Adolexxenti (etajiet 13-16) tal-Premju Terramaxka, filwaqt li l-kategorija tax-Xogħlijiet Maqlubin għall-Malti (etajiet 13-16) ma kellhiex kotba sottomessi.

Il-proċess tal-aġġudikazzjoni beda f’Mejju meta ġiet ippubblikata l-lista sħiħa ta’ sottomisjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2021. Imbagħad il-finalisti ġew ikkomunikati lill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb fis-26 ta’ Lulju. 

Il-bord tal-aġġudikazzjoni se jkun qed jagħżel ir-rebbieħa f’kull kategorija tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għall-adulti, kif ukoll tal-Premju Terramaxka għat-tfal u l-adolexxenti qabel ma dawn tal-aħħar jitħabbru waqt ċerimonja li tiftaħ il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2021 it-Tlieta 2 ta’ Novembru. Imbagħad ir-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2021 jitħabbru waqt ċerimonja oħra f’Diċembru.

Għal aktar aġġornamenti rigward il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2021 segwi l-paġna tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb fuq Facebook u l-websajt.

 

Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2021: kotba ppubblikati fl-2020

Rumanzi bil-Malti u bl-Ingliż

Titlu tal-ktieb // Title of bookAwtur/Editur // Author/EditorPubblikatur // Publisher
TlettaxKenneth CaruanaHorizons
In-Nar Għandu Isem: Noti minn Paġna IntimaGioele GaleaHorizons

 

Novelli bil-Malti u bl-Ingliż

Titlu tal-ktieb // Title of bookAwtur/Editur // Author/EditorPubblikatur // Publisher
Kissirtu KullimkienLara CallejaMerlin Publishers
Mużajċi tat-TafalJoe CamilleriHorizons
Widnet il-Baħar u Stejjer OħraJoe FriggieriKite Group
MittKelmaRita SalibaKlabb Kotba Maltin
SemprevivaTrevor ŻahraMerlin Publishers

 

Poeżija bil-Malti u bl-Ingliż

Titlu tal-ktieb // Title of bookAwtur/Editur // Author/EditorPubblikatur // Publisher
Tgħanniq Ieħor: Poeżiji mill-IżolamentKit Azzopardi, Simone Ingauenez, John P. Portelli (eds.)Horizons
L-Inventarju tal-Kamra l-KaħlaLeanne EllulMerlin Publishers
Imkien għall-Kenn: PoeżijiJohn P. PortelliHorizons
Megalomanija Perversa: PoeżijiJustin SchembriHorizons
L-Ambjent li Qeridna: Poeżiji (2017-2020)Carmel SciclunaHorizons

 

Drama bil-Malti u bl-Ingliż

Ma kienx hemm sottomisjonijiet

 

Traduzzjoni

Titlu tal-ktieb // Title of bookTraduttur // TranslatorPubblikatur // Publisher
Il-Waqgħa (Albert Camus)Toni AquilinaFaraxa Publishing
Ħija Jiġri wara d-Dinosawri (Giacomo Mazzariol)Ludvic Azzopardi FerrandoMerlin Publishers
Otello (William Shakespeare)Alfred PalmaAlfred Palma
Siġar (Hermann Hesse)Terence PortelliKlabb Kotba Maltin
L-Aħħar Sajf ta' Berlin (Federico Buffa, Paolo Frusca)Mark VellaMerlin Publishers
Mix-Xaqliba ta' Dar Swann – Ismijiet ta' Pajjiżi: L-Isem (Marcel Proust)Paul ZahraPaul Zahra

 

Letteratura Mhux Fittizja

Titlu tal-ktieb // Title of bookAwtur/Editur // Author/EditorPubblikatur // Publisher
Sejjieħ il-Ħsieb: Limitu u ĦelsienJohn BaldacchinoKlabb Kotba Maltin
The Strings of FateRicky CaruanaRicky Caruana
Justice for Daphne is Justice for Our Right to Know: The Book of the Art InstallationAlessandra Dee Crespo (cur.)Midsea Books
Daniel Holmes: A Memoir from Malta's Prison: From a Cage, on a Rock, in a Puddle...Daniel HolmesLovin Malta
Jien - Noti - Jien: Ħsejjes u StejjerImmanuel Mifsud, Toni SantKlabb Kotba Maltin

 

Riċerka ta’ Natura Ġenerali

Titlu tal-ktieb // Title of bookAwtur/Editur // Author/EditorPubblikatur // Publisher
Bil-Kelma t-Tajba: Prinċipji u Kreattività fil Pedagoġija tal-LingwaAntoinette Camilleri GrimaKlabb Kotba Maltin
Tourism and the Maltese Islands: Observations, Reflections and ProposalsGeorge Cassar, Marie AvellinoKite Group
L-Ekonomija f'Ilsien ix-Xjenza u l-FilosofijaJohn A. ConsiglioFaraxa Publishing
Is-Sessiżmu fil-Lingwa MaltijaGeorge Farrugia (ed.)Klabb Kotba Maltin, L-Akkademja tal-Malti
The Spazju Kreattiv Art CollectionToni SantFondazzjoni Ċentru għall-Kreattività
The Beheading of Ignez: Katabasis, Ezra Pound and Three Maltese ArtistsGiuseppe Schembri BonaciHorizons
APS Mdina Cathedral Contemporary Art Biennale 2020 – Regaining a Paradise Lost: The Role of the ArtsGiuseppe Schembri Bonaci, Nikki PetroniMdina Cathedral Museum, APS Bank, APS Mdina Biennale

 

Riċerka Bijografika u Storjografika

Titlu tal-ktieb // Title of bookAwtur/Editur // Author/EditorPubblikatur // Publisher
Ta' Ġieżu Crucifix: Faith - History - Iconography - Conservation Christian Attard (ed.)Arċikonfraternità tas-Santissimu Kurċifiss, Il-Belt Valletta
Ta' Liesse: Malta's Waterfront Shrine for MarinersGiovanni Bonello (ed.)Miller Distributors Ltd.
Dellijiet Jgħajtu fir-Ras: Mario Azzopardi: Poeżija, Narrattiva u Kummiedja SoċjaliCharles BriffaHorizons
Ruħu Dejjem Tfittex: Charles Casha: Mgħallem GħallielCharles BriffaKlabb Kotba Maltin
Maltese Migration in Tunisian Coastal Towns (1836-1844)Arnold CassolaMorrone Editore
San Ġużepp tar-Rabat tal-Imdina: Storja ta' Devozzjoni u ArtiJeremy DebonoJeremy Debono
Documentary Sources on the Maltese Eighteenth Century Carnival: Il Ballo del Battito or ParataJohn Debono (ed.)John Debono (ed.)
Princess Poutiatine and the Art of Ballet in MaltaKathrina Farrugia-Kriel (ed.)Fondazzjoni Patrimonju Malti
Diaspora: Maltese Overseas SettlementHenry FrendoMidsea Books
L-Istorja tal-Partit Laburista: It-Tieni Volum (1940-1960)Francis GaleaSKS Publishers
Trevor Żahra: Bejn Storja u Miti: Ġabra ta' KitbietSergio Grech (ed.)Horizons
Crux Invicta: Il-Kurċifiss Mirakuluż u l-Kapuċċini f'GħawdexMartin MicallefMidsea Books
Albert Ganado: Ħajja Mhux tas-SoltuAustin Sammut, Sergio Grech (eds.)Klabb Kotba Maltin
Mattia Preti: Life and WorksKeith SciberrasMidsea Books
Country Villas in XVIII Century MaltaCarmel SpiteriKite Group
The Addolorata CemeteryConrad Thake (ed.)Midsea Books

 

Premju Terramaxka 2021: kotba ppubblikati fl-2020

Xogħlijiet Oriġinali: Kotba għat-Tfal (Etajiet 0-7)

Titlu tal-ktieb // Title of bookAwtur/Illustratur // Author/IllustratorPubblikatur // Publisher
L-Għasfur tal-KwiekebCharles Casha, Matthew Stroud (Illustratur / Illustrator)Klabb Kotba Maltin
Enya l-Aljena... Reġina b'Kumbinazzjoni! (Tikka Qari Livell 7)Audrey Friggieri, Romont Willy (Illustratur / Illustrator)Merlin Publishers
Tal-FornNoel Tanti, Matt Stroud (Illustratur / Illustrator)Merlin Publishers
Pito u PitaDaniella Zerafa, Matthew Stroud (Illustratur / Illustrator)Horizons

 

Xogħlijiet Oriġinali: Kotba għat-Tfal (Etajiet 8-12)

Titlu tal-ktieb // Title of bookAwtur/Illustratur // Author/IllustratorPubblikatur // Publisher
Il-Kreatura tal-BirSimon Bartolo, José Luis Oscaña (Illustratur / Illustrator)Merlin Publishers
Tara Frendo fuq il-Pjaneta Sturja (Tikka Qari Livell 15)Antoinette Borg, Nicole Diacono (Illustratur / Illustrator)Merlin Publishers
Amazing Maltese WomenKristina Chetcuti, Marisa Attard (Illustratur / Illustrator)Merlin Publishers
Stellini Kursar Malti (Tikka Qari Livell 14)Dwayne Ellul, Moira Scicluna Zahra (Illustratur / Illustrator)Merlin Publishers
Il-Mostru tal-Bajja tal-Ġnejna (Tikka Qari Livell 14)Leanne Ellul, Maxime Lebrun (Illustratur / Illustrator)Merlin Publishers
It-Tifel li Salva d-Dinja (Tikka Qari Livell 12)Karl Schembri, Alice Samuel (Illustratur / Illustrator)Merlin Publishers

 

Xogħlijiet Oriġinali: Kotba Għall-Adolexxenti (Etajiet 13-16)

M’hemmx kotba finalisti f’dil-kategorija

 

Kotba Maqlubin Għall-Malti (Etajiet 0-7)

Titlu tal-ktieb // Title of bookTraduttur // TranslatorPubblikatur // Publisher
Lenard il-Papru tad-Daħq (Yann Walcker, Julie Mercier ill.)Clare AzzopardiMerlin Publishers
Lupu Lupettu Jfittex Maħbuba (Orianne Lallemand, Éléonore Thuillier ill.)Clare AzzopardiMerlin Publishers
Lupu Lupettu Jrid Isir Artist (Orianne Lallemand, Éléonore Thuillier ill.)Clare AzzopardiMerlin Publishers
Ors fl-Ispazju (Deborah Abela, Marjorie Crosby-Fairall ill.)Clare AzzopardiMerlin Publishers
Wiżżu Ħdejn il-Baħar (Laura Wall)Rebby VellaWise Owl Publications

 

Kotba Maqlubin Għall-Malti (Etajiet 8-12)

Titlu tal-ktieb // Title of bookTraduttur // TranslatorPubblikatur // Publisher
Il-Familja Frattarija u d-dar li tagħtas (Kari Smeland, Francesca Grech ill.)Simone InguanezMerlin Publishers

 

Kotba Maqlubin Għall-Malti (Etajiet 13-16)

Ma kienx hemm sottomisjonijiet.


Share Article