Home / News / Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u Terramaxka 2021 – jitħabbru l-finalisti back to news Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u Terramaxka 2021 – jitħabbru l-finalisti Other • Premju Nazzjonali tal-Ktieb 9th August, 2021 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed jippubblika bi pjaċir il-lista tal-kotba finalisti għall- Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2021. Il-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u tal-Premju Terramaxka 2021 intgħażlu minn bord tal-aġġudikazzjoni indipendenti u l-lista tagħhom isservi bħala gwida għall-aħjar kotba ppubblikati f’Malta matul is-sena ta’ qabel. Il-kotba finalisti jistgħu jinxtraw mill-ħwienet tal-kotba kollha, mis-siti tal-pubblikaturi fuq l-internet, u mill-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2021 (3-7 ta’ Novembru), li se jsir fiċ-Ċentru għall-Fieri u l-Konvenzjonijiet (MFCC) f’Ta’ Qali. Il-lista tal-2021 fiha 62 ktieb minn 154 li ġew sottomessi; 46 ktieb għamluha mal-finalisti f’seba’ kategoriji tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għall-adulti, filwaqt li s-16 l-oħra huma finalisti tal-Premju Terramaxka għat-tfal u l-adolexxenti. Minn dis-sena l-kategorija tat-Traduzzjoni twessgħet biex leqgħet xogħlijiet ta’ letteratura mhux fittizja, poeżija, u drama, kf ukoll xogħlijiet ta’ finzjoni bħal qabel. Il-kategorija tal-Poeżija reġgħet ingħaqdet biex leqgħet fiha ġabriet bil-Malti u bl-Ingliż. Il-kategoriji uffiċjali tal-Premju Nazzjonal tal-Ktieb jinfirxu minn dawk letterarji għal oħrajn ta’ riċerka, fosthom ir-Rumanzi, il-Poeżija, in-Novelli, it-Traduzzjoni, u n-Novelli. Din tal-aħħar dis-sena ssorr ismijiet stabbiliti bħal Trevor Żahra u Joe Friggieri, iżda magħhom hemm jikkompetu Rita Saliba, Joe Camilleri, u r-rebbieħa tal-Premju tal-Unjoni Ewropea għal-Letteratura 2020 Lara Calleja. Bħalma jiġri kull sena, iż-żewġ kategoriji tar-riċerka, ir-Riċerka Ġenerali, u r-Riċerka Bijografika u Storjografika, isorru l-akbar għadd ta’ finalisti, b’kotba ta’ preġju li jkopru minn suġġetti ta’ Melitensia sa oħrajn. Il-kategorija tad-Drama ma kellhiex sottomissjonijiet. Ma ntgħażlux finalisti fil-kategorija tax-Xogħlijiet Oriġinali għall-Adolexxenti (etajiet 13-16) tal-Premju Terramaxka, filwaqt li l-kategorija tax-Xogħlijiet Maqlubin għall-Malti (etajiet 13-16) ma kellhiex kotba sottomessi. Il-proċess tal-aġġudikazzjoni beda f’Mejju meta ġiet ippubblikata l-lista sħiħa ta’ sottomisjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2021. Imbagħad il-finalisti ġew ikkomunikati lill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb fis-26 ta’ Lulju. Il-bord tal-aġġudikazzjoni se jkun qed jagħżel ir-rebbieħa f’kull kategorija tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għall-adulti, kif ukoll tal-Premju Terramaxka għat-tfal u l-adolexxenti qabel ma dawn tal-aħħar jitħabbru waqt ċerimonja li tiftaħ il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2021 it-Tlieta 2 ta’ Novembru. Imbagħad ir-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2021 jitħabbru waqt ċerimonja oħra f’Diċembru. Għal aktar aġġornamenti rigward il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2021 segwi l-paġna tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb fuq Facebook u l-websajt. Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2021: kotba ppubblikati fl-2020 Rumanzi bil-Malti u bl-Ingliż Titlu tal-ktieb // Title of bookAwtur/Editur // Author/EditorPubblikatur // Publisher TlettaxKenneth CaruanaHorizons In-Nar Għandu Isem: Noti minn Paġna IntimaGioele GaleaHorizons Novelli bil-Malti u bl-Ingliż Titlu tal-ktieb // Title of bookAwtur/Editur // Author/EditorPubblikatur // Publisher Kissirtu KullimkienLara CallejaMerlin Publishers Mużajċi tat-TafalJoe CamilleriHorizons Widnet il-Baħar u Stejjer OħraJoe FriggieriKite Group MittKelmaRita SalibaKlabb Kotba Maltin SemprevivaTrevor ŻahraMerlin Publishers Poeżija bil-Malti u bl-Ingliż Titlu tal-ktieb // Title of bookAwtur/Editur // Author/EditorPubblikatur // Publisher Tgħanniq Ieħor: Poeżiji mill-IżolamentKit Azzopardi, Simone Ingauenez, John P. Portelli (eds.)Horizons L-Inventarju tal-Kamra l-KaħlaLeanne EllulMerlin Publishers Imkien għall-Kenn: PoeżijiJohn P. PortelliHorizons Megalomanija Perversa: PoeżijiJustin SchembriHorizons L-Ambjent li Qeridna: Poeżiji (2017-2020)Carmel SciclunaHorizons Drama bil-Malti u bl-Ingliż Ma kienx hemm sottomisjonijiet Traduzzjoni Titlu tal-ktieb // Title of bookTraduttur // TranslatorPubblikatur // Publisher Il-Waqgħa (Albert Camus)Toni AquilinaFaraxa Publishing Ħija Jiġri wara d-Dinosawri (Giacomo Mazzariol)Ludvic Azzopardi FerrandoMerlin Publishers Otello (William Shakespeare)Alfred PalmaAlfred Palma Siġar (Hermann Hesse)Terence PortelliKlabb Kotba Maltin L-Aħħar Sajf ta' Berlin (Federico Buffa, Paolo Frusca)Mark VellaMerlin Publishers Mix-Xaqliba ta' Dar Swann – Ismijiet ta' Pajjiżi: L-Isem (Marcel Proust)Paul ZahraPaul Zahra Letteratura Mhux Fittizja Titlu tal-ktieb // Title of bookAwtur/Editur // Author/EditorPubblikatur // Publisher Sejjieħ il-Ħsieb: Limitu u ĦelsienJohn BaldacchinoKlabb Kotba Maltin The Strings of FateRicky CaruanaRicky Caruana Justice for Daphne is Justice for Our Right to Know: The Book of the Art InstallationAlessandra Dee Crespo (cur.)Midsea Books Daniel Holmes: A Memoir from Malta's Prison: From a Cage, on a Rock, in a Puddle...Daniel HolmesLovin Malta Jien - Noti - Jien: Ħsejjes u StejjerImmanuel Mifsud, Toni SantKlabb Kotba Maltin Riċerka ta’ Natura Ġenerali Titlu tal-ktieb // Title of bookAwtur/Editur // Author/EditorPubblikatur // Publisher Bil-Kelma t-Tajba: Prinċipji u Kreattività fil Pedagoġija tal-LingwaAntoinette Camilleri GrimaKlabb Kotba Maltin Tourism and the Maltese Islands: Observations, Reflections and ProposalsGeorge Cassar, Marie AvellinoKite Group L-Ekonomija f'Ilsien ix-Xjenza u l-FilosofijaJohn A. ConsiglioFaraxa Publishing Is-Sessiżmu fil-Lingwa MaltijaGeorge Farrugia (ed.)Klabb Kotba Maltin, L-Akkademja tal-Malti The Spazju Kreattiv Art CollectionToni SantFondazzjoni Ċentru għall-Kreattività The Beheading of Ignez: Katabasis, Ezra Pound and Three Maltese ArtistsGiuseppe Schembri BonaciHorizons APS Mdina Cathedral Contemporary Art Biennale 2020 – Regaining a Paradise Lost: The Role of the ArtsGiuseppe Schembri Bonaci, Nikki PetroniMdina Cathedral Museum, APS Bank, APS Mdina Biennale Riċerka Bijografika u Storjografika Titlu tal-ktieb // Title of bookAwtur/Editur // Author/EditorPubblikatur // Publisher Ta' Ġieżu Crucifix: Faith - History - Iconography - Conservation Christian Attard (ed.)Arċikonfraternità tas-Santissimu Kurċifiss, Il-Belt Valletta Ta' Liesse: Malta's Waterfront Shrine for MarinersGiovanni Bonello (ed.)Miller Distributors Ltd. Dellijiet Jgħajtu fir-Ras: Mario Azzopardi: Poeżija, Narrattiva u Kummiedja SoċjaliCharles BriffaHorizons Ruħu Dejjem Tfittex: Charles Casha: Mgħallem GħallielCharles BriffaKlabb Kotba Maltin Maltese Migration in Tunisian Coastal Towns (1836-1844)Arnold CassolaMorrone Editore San Ġużepp tar-Rabat tal-Imdina: Storja ta' Devozzjoni u ArtiJeremy DebonoJeremy Debono Documentary Sources on the Maltese Eighteenth Century Carnival: Il Ballo del Battito or ParataJohn Debono (ed.)John Debono (ed.) Princess Poutiatine and the Art of Ballet in MaltaKathrina Farrugia-Kriel (ed.)Fondazzjoni Patrimonju Malti Diaspora: Maltese Overseas SettlementHenry FrendoMidsea Books L-Istorja tal-Partit Laburista: It-Tieni Volum (1940-1960)Francis GaleaSKS Publishers Trevor Żahra: Bejn Storja u Miti: Ġabra ta' KitbietSergio Grech (ed.)Horizons Crux Invicta: Il-Kurċifiss Mirakuluż u l-Kapuċċini f'GħawdexMartin MicallefMidsea Books Albert Ganado: Ħajja Mhux tas-SoltuAustin Sammut, Sergio Grech (eds.)Klabb Kotba Maltin Mattia Preti: Life and WorksKeith SciberrasMidsea Books Country Villas in XVIII Century MaltaCarmel SpiteriKite Group The Addolorata CemeteryConrad Thake (ed.)Midsea Books Premju Terramaxka 2021: kotba ppubblikati fl-2020 Xogħlijiet Oriġinali: Kotba għat-Tfal (Etajiet 0-7) Titlu tal-ktieb // Title of bookAwtur/Illustratur // Author/IllustratorPubblikatur // Publisher L-Għasfur tal-KwiekebCharles Casha, Matthew Stroud (Illustratur / Illustrator)Klabb Kotba Maltin Enya l-Aljena... Reġina b'Kumbinazzjoni! (Tikka Qari Livell 7)Audrey Friggieri, Romont Willy (Illustratur / Illustrator)Merlin Publishers Tal-FornNoel Tanti, Matt Stroud (Illustratur / Illustrator)Merlin Publishers Pito u PitaDaniella Zerafa, Matthew Stroud (Illustratur / Illustrator)Horizons Xogħlijiet Oriġinali: Kotba għat-Tfal (Etajiet 8-12) Titlu tal-ktieb // Title of bookAwtur/Illustratur // Author/IllustratorPubblikatur // Publisher Il-Kreatura tal-BirSimon Bartolo, José Luis Oscaña (Illustratur / Illustrator)Merlin Publishers Tara Frendo fuq il-Pjaneta Sturja (Tikka Qari Livell 15)Antoinette Borg, Nicole Diacono (Illustratur / Illustrator)Merlin Publishers Amazing Maltese WomenKristina Chetcuti, Marisa Attard (Illustratur / Illustrator)Merlin Publishers Stellini Kursar Malti (Tikka Qari Livell 14)Dwayne Ellul, Moira Scicluna Zahra (Illustratur / Illustrator)Merlin Publishers Il-Mostru tal-Bajja tal-Ġnejna (Tikka Qari Livell 14)Leanne Ellul, Maxime Lebrun (Illustratur / Illustrator)Merlin Publishers It-Tifel li Salva d-Dinja (Tikka Qari Livell 12)Karl Schembri, Alice Samuel (Illustratur / Illustrator)Merlin Publishers Xogħlijiet Oriġinali: Kotba Għall-Adolexxenti (Etajiet 13-16) M’hemmx kotba finalisti f’dil-kategorija Kotba Maqlubin Għall-Malti (Etajiet 0-7) Titlu tal-ktieb // Title of bookTraduttur // TranslatorPubblikatur // Publisher Lenard il-Papru tad-Daħq (Yann Walcker, Julie Mercier ill.)Clare AzzopardiMerlin Publishers Lupu Lupettu Jfittex Maħbuba (Orianne Lallemand, Éléonore Thuillier ill.)Clare AzzopardiMerlin Publishers Lupu Lupettu Jrid Isir Artist (Orianne Lallemand, Éléonore Thuillier ill.)Clare AzzopardiMerlin Publishers Ors fl-Ispazju (Deborah Abela, Marjorie Crosby-Fairall ill.)Clare AzzopardiMerlin Publishers Wiżżu Ħdejn il-Baħar (Laura Wall)Rebby VellaWise Owl Publications Kotba Maqlubin Għall-Malti (Etajiet 8-12) Titlu tal-ktieb // Title of bookTraduttur // TranslatorPubblikatur // Publisher Il-Familja Frattarija u d-dar li tagħtas (Kari Smeland, Francesca Grech ill.)Simone InguanezMerlin Publishers Kotba Maqlubin Għall-Malti (Etajiet 13-16) Ma kienx hemm sottomisjonijiet. SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More Ħareġ l-40 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th January, 2025 Read More view all similar news
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More