Home / News / Taħt il-Qoxra: Prof. Carmel Borg Back to News Taħt il-Qoxra: Prof. Carmel Borg Audiovisual • Initiatives • News • Taħt il-Qoxra 19th November, 2018 F’dan l-episodju ta’ ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara tkellmet mal-Prof. Carmel Borg dwar il-ġustizzja soċjali fil-qasam edukattiv u l-edukazzjoni bħala esperjenza liberatorja. Borg enfasizza li l-edukazzjoni u l-ġustizzja soċjali huma għażla. Qal li rrealizza kmieni fil-karriera tiegħu li l-edukatur mhuwiex biss speċjalista tas-suġġett, iżda huwa primarjament aġent ta’ atti morali, filosofiċi, etiċi, ideoloġiċi u ta’ prinċipji u valuri. Il-mistieden irrimarka b’konvinzjoni li l-edukazzjoni mhijiex newtrali, anzi hija politiċizzata għax hija dwar għażliet tan-naturi varji li ssemmew aktar ’il fuq. Tul l-intervista Prof. Borg jitkellem dwar suġġetti oħra bħall-meritokrazija u l-edukazzjoni, l-aċċess għall-edukazzjoni lil kulħadd u edukazzjoni ta’ kwalità lil kulħadd bħala ż-żewġ passi sussegwenti fil-qalba tal-ġustizzja soċjali, l-iżvantaġġi li wieħed jitwieled bihom u kif dawn jistgħu jintgħelbu fl-iskola, id-drittijiet umani u bosta suġġetti oħra li kollha huma msejsa fuq il-kunċett li l-edukatur u l-edukazzjoni jgħinu l-aktar lil min għandu bżonn. Prof. Carmel Borg kiseb id-Dottorat tiegħu dwar l-Istudji Kurrikulari mill-Università ta’ Toronto. Awtur ta’ numru kbir ta’ kapitli f’kotba u studji f’rivisti internazzjonali. Il-kitbiet tiegħu jiffukaw fuq is-soċjoloġija tal-edukazzjoni, it-teoriji tal-kurrikulu, il-pedagoġija kritika, l-edukazzjoni adulta u l-involviment tal-ġenituri fl-edukazzjoni. Segwi aktar minn din l-intervista hawnhekk. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm. SHARE POST Related Articles National Book Council Publishes its Annual Report for 2025 News 17th April, 2026 Read More Commonwealth Short Story Prize welcomes the first ever Maltese author onto its regional shortlist News 15th April, 2026 Read More Exhibitors and Event Organisers – Apply Now To Participate At The 2026 Malta Book Festival! News 14th April, 2026 Read More Apply Now for a Free Online Course for Aspiring Book Editors News 13th April, 2026 Read More The 45 PLR Payment Is Out Public Lending Rights 9th April, 2026 Read More Call for Theatrical Adaptations of Maltese Books at the Malta Book Festival News 8th April, 2026 Read More The National Book Council Welcomes a New Manager News 7th April, 2026 Read More Subsidy Scheme for Printed Books is Now Launched News 1st April, 2026 Read More The National Book Prize 2026 List of Eligible Submissions is Now Out News 30th March, 2026 Read More Full Programme for the Annual Book Conference: Varied Group of Speakers Explore the Economic Realities of the Publishing Industry News 20th March, 2026 Read More view all similar news
Commonwealth Short Story Prize welcomes the first ever Maltese author onto its regional shortlist News 15th April, 2026 Read More
Exhibitors and Event Organisers – Apply Now To Participate At The 2026 Malta Book Festival! News 14th April, 2026 Read More
Call for Theatrical Adaptations of Maltese Books at the Malta Book Festival News 8th April, 2026 Read More
Full Programme for the Annual Book Conference: Varied Group of Speakers Explore the Economic Realities of the Publishing Industry News 20th March, 2026 Read More