[bsf-info-box icon_type=”custom” icon_img=”id^15301|url^https://ktieb.org.mt/wp-content/uploads/2020/09/back-icon@2x.png|caption^null|alt^null|title^back-icon@2x|description^null” img_width=”35″ read_more=”box” link=”url:%2Fnational-book-festival%2F|title:Malta%20Book%20Festival%202019″ pos=”left” desc_font_size=”desktop:18px;” desc_font_color=”#af5f60″]lura għal Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb [/bsf-info-box]
Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019
Tal-FNK 2019 li kien jinkludi tnedijiet u preżentazzjonijiet ta’ kotba, qari ta’ poeżija, laqgħat mal-awturi, konferenzi u seminars.
Il-Festival beda l-Erbgħa filgħaxija b’konferenza letterarja dwar il-ġeneru tal-fantaxjenza. Ipparteċipaw Loranne Vella, ir-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2018 bir-rumanz Rokit (Merlin Publishers), il-kittieb imwieled Malta Jon Courtenay Grimwood, Kali Wallace u Dave Rudden.
Il-mistiedna speċjali ta’ din l-edizzjoni kienet l-On. Imħallef Rosemarie Aquilina, li serqet ix-xena internazzjonali fl-2018 meta ppresediet il-każ ta’ Larry Nassar, u bagħtitu 175 sena ħabs minħabba abbużi sesswali. Minn dakinhar l-Imħallef Aquilina saret wieħed mis-simboli tal-moviment #MeToo.