Home / News / SEJĦA GĦALL-APPLIKAZZJONIJIET: POŻIZZJONI TA’ DIRETTUR (EŻEKUTTIV) MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB Back to News SEJĦA GĦALL-APPLIKAZZJONIJIET: POŻIZZJONI TA’ DIRETTUR (EŻEKUTTIV) MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB Other • News 16th May, 2025 NUMRU TA’ PERMESS JOBSPLUS 477/2025 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) qed jilqa’ l-applikazzjonijiet għall-Pożizzjoni ta’ Direttur (Eżekuttiv) mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb – Numru ta’ Permess Jobsplus 477/2025. Dan huwa inkarigu ta’ livell għoli, full-time, u b’kuntratt definit fuq 3 snin li jiġġedded. Il-pakkett offrut huwa wieħed kompetittiv, b’salarju ta’ €41,530 fis-sena skont Skala 4 tas-Salarji, flimkien ma’ bonus tal-performance u benefiċċji oħra. Il-kandidat li jintgħażel ikun irid iwieġeb direttament lill-Kap Eżekuttiv. L-irwol huwa wieħed ewlieni fl-immaniġġjar strateġiku u operattiv tal-KNK. Ir-responsabbiltajiet jinkludu l-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-KNK bejn l-2025 u l-2030, it-tweżin tal-governanza interna, ir-rappreżentanza fuq livell Ewropew, u l-kordinazzjoni effettiva tal-persunal u l-programmi tal-KNK. L-applikanti jrid ikollhom livell ta’ edukazzjoni fi grad ta’ Maġisteru (MQF 7) f’qasam relevanti, ngħidu aħna l-Arti, il-Pubblikazzjoni, jew il-Politika Pubblika. Irid ikollhom tal-inqas 3 snin esperjenza, b’minn tal-inqas waħda minnhom tkun f’pożizzjoni maniġerjali. Essenzjali l-kapaċità lingwistika bil-Malti u bl-Ingliż. Aktar dettalji dwar l-eliġibbiltà u x’inhu mistenni fis-sejħa uffiċjali. L-applikazzjonijiet jiddaħħlu online biss u jridu jkunu indirizzati lill-Kap Eżekuttiv fuq nationalbookcouncil@gov.mt. Is-sottomissjoni trid tinkludi: Ittra ta’ akkumpanjament; Europass CV aġġornat bl-ID Card u l-kwalifikazzjonijiet; Service u Leave Record Form (GP 47) aġġornati, jew l-employment history mill-Jobsplus; Kondotta riċenti maħruġa mill-Pulizija. Dawk l-applikanti li jaħdmu mas-Settur Pubbliku jridu jissottomettu rekords tal-leave u konferma uffiċjali tax-xogħol kurrenti tagħhom, maħruġa mill-Ministeru relevanti. Id-data tal-għeluq għas-sottomissjonijiet hija l-Erbgħa 28 ta’ Mejju 2025 f’nofsinhar (CET). Kull applikazzjoni li tidħol wara dal-ħin ma tkunx aċċettata għal ebda raġuni. Tintbaħat konferma li daħlet l-applikazzjoni b’email. Il-kandidati prospettivi jkunu assessjati minn bord, u l-marka biex tgħaddi hija 50%. Din hija opportunità unika biex b’xogħlok tixpruna u tiggwida l-qasam tal-pubblikazzjoni f’Malta billi tkun impjegat ta’ waħda mill-aktar istituzzjonijiet kulturali u dinamika tiegħu. Inħeġġuk taqra s-sejħa kollha, speċjalment id-dettalji u l-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà. Id-dettalji kollha hawnhekk. Jekk għandek xi mistoqsija, kellimna fuq nationalbookcouncil@gov.mt SHARE POST Related Articles Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More view all similar news
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More