Ġieli staqsejt lilek innifsek x’inhi d-differenza bejn ktejjeb għal tfal fis-snin tan-nofs u ktieb għaż-żgħażagħ? Kif tkun sentenza, stqarrija jew espressjoni li żżommok? X’inhuma l-ġeneri popolari u kif tagħmel suċċess bi ktieb? Dan il-masterclass se jagħtik iċ-ċans biex tara x’jiġifieri tkun kittieb għat-tfal fuq pjattaforma globali, minn għajnejn Charlie Castelletti, li huwa kittieb u editur ta’ kotba tat-tfal li jaħdem ma’ Macmillan.

Irreġistra online biex tattendi.

Charlie Castelletti huwa kittieb u editur ta’ kotba tat-tfal. Għandu Baċellerat fil-Lingwa u l-Letteratura Ingliża mill-King’s College f’Londra, u Maġisteru fil-Filosofija minn Cambridge li fih iffoka fuq il-letteratura tas-seklu dsatax u s-seklu għoxrin, l-addattazzjonijiet perjodiċi u l-udjenza queer. Huwa l-awtur ta’ The Manor House Governess bil-psewdonimu C.A. Castle, u jikteb ukoll kotba tal-istampi għal tfal żgħar. Jiġbor il-poeżiji ma’ Macmillan, u hawnhekk jikkuntrasta l-qadim mal-ġdid, miż-żodjaċi sal-ħajja queer u n-namrar modern, filwaqt li jipprova dejjem jifhem l-ispirtu taż-żmien. Ħinu jqattgħu bejn Londra u Cambridgeshire.