Home / Programme / Il-kitba għat-tfal u ż-żgħażagħ – masterclass minn Charlie Castelletti, editur tal-kotba tat-tfal – KNK – Is-Sala tal-Kittieba Il-kitba għat-tfal u ż-żgħażagħ – masterclass minn Charlie Castelletti, editur tal-kotba tat-tfal – KNK – Is-Sala tal-Kittieba 21st October, 2023 11:30 AM - 12:30 PM Ġieli staqsejt lilek innifsek x’inhi d-differenza bejn ktejjeb għal tfal fis-snin tan-nofs u ktieb għaż-żgħażagħ? Kif tkun sentenza, stqarrija jew espressjoni li żżommok? X’inhuma l-ġeneri popolari u kif tagħmel suċċess bi ktieb? Dan il-masterclass se jagħtik iċ-ċans biex tara x’jiġifieri tkun kittieb għat-tfal fuq pjattaforma globali, minn għajnejn Charlie Castelletti, li huwa kittieb u editur ta’ kotba tat-tfal li jaħdem ma’ Macmillan. Irreġistra online biex tattendi. Charlie Castelletti huwa kittieb u editur ta’ kotba tat-tfal. Għandu Baċellerat fil-Lingwa u l-Letteratura Ingliża mill-King’s College f’Londra, u Maġisteru fil-Filosofija minn Cambridge li fih iffoka fuq il-letteratura tas-seklu dsatax u s-seklu għoxrin, l-addattazzjonijiet perjodiċi u l-udjenza queer. Huwa l-awtur ta’ The Manor House Governess bil-psewdonimu C.A. Castle, u jikteb ukoll kotba tal-istampi għal tfal żgħar. Jiġbor il-poeżiji ma’ Macmillan, u hawnhekk jikkuntrasta l-qadim mal-ġdid, miż-żodjaċi sal-ħajja queer u n-namrar modern, filwaqt li jipprova dejjem jifhem l-ispirtu taż-żmien. Ħinu jqattgħu bejn Londra u Cambridgeshire. SHARE POST Similar Posts ELLA (ETAJIET 12–16): XOW TEATRALI 🇲🇹 8th November, 2026 6:00 PM - 6:45 PM Read More ELLA (ETAJIET 12–16): XOW TEATRALI 🇲🇹 7th November, 2026 6:00 PM - 6:45 PM Read More ELLA (ETAJIET 12–16): XOW TEATRALI 🇲🇹 4th November, 2026 6:00 PM - 6:45 PM Read More Lejla ma’ Ian Rankin – KNK 🇬🇧 7th November, 2026 7:00 PM - 8:00 PM Read More Il-Kitba tal-Avventuri: Workshop ta’ kitba għall-etajiet ta’ bejn it-12 u s-16-il sena 7th November, 2026 4:00 PM - 8:30 PM Read More Tnedija ta’ ‘The Quest of Re-Creation’ ta’ Marcus Azzopardi – Kotba Calleja 🇬🇧 7th November, 2026 4:00 PM - 5:00 PM Read More Minn Komuni għal Memorabbli: Il-Ħolqien ta’ Kitba Fittizja li Ma Tistaġnax – Proofreading Malta 🇬🇧 7th November, 2026 1:00 PM - 2:30 PM Read More Lejla ma’ Esther García Llovet – KNK 🇬🇧 6th November, 2026 7:00 PM - 8:30 PM Read More Tnedija tar-Rumanz il-Ġdid ‘EREŻIJA’ ta’ Alex Vella Gera – Kotba Calleja 🇲🇹 6th November, 2026 6:00 PM - 7:00 PM Read More