Skip to content

Tnedija tar-Rumanz il-Ġdid ‘EREŻIJA’ ta’ Alex Vella Gera – Kotba Calleja 🇲🇹

6th November, 2026
6:00 PM - 7:00 PM
Tnedija tar-Rumanz il-Ġdid ‘EREŻIJA’ ta’ Alex Vella Gera – Kotba Calleja 🇲🇹

It-tnedija tar-rumanz il-ġdid ta’ Alex Vella Gera EREŻIJA u intervista mal-awtur.

Jekk taqbad issegwi ’l Ereżija se ssib ruħek għaddej fuq vjaġġ kemm fid-dinja ta’ barra kif ukoll dik ġewwinija, iżda ibqa’ ċert li mhijiex id-dinja li taf, għalkemm ħa ssib fiha għeliem ifakkruk f’dak li huwa familjari. Parir żgħir: tafdax il-familjari. EREŻIJA huwa l-ewwel ktieb minn sensiela li flimkien se jwassluk minn ewl id-dinja sal-kollass u forsi anke – għad m’hemmx ċertezza – sal-għatba ta’ twelid ġdid. EREŻIJA mhuwiex biss ktieb: huwa avveniment xaħxi, twelid żokkran, diżgrazzja f’kunjett, dinja tingħeleb fuqha nnifisha bħall-maħbuba tagħha stess. EREŻIJA, barra minn ktieb, huwa mixja. Tlaqna jew?

Post: L-Atelier

SHARE POST

This site is registered on wpml.org as a development site. Switch to a production site key to remove this banner.