Home / Programme / Lejla ma’ Esther García Llovet – KNK 🇬🇧 Lejla ma’ Esther García Llovet – KNK 🇬🇧 6th November, 2026 7:00 PM - 8:30 PM Ingħaqdu magħna għal lejla mar-rumanziera rinomata Spanjola Esther García Llovet, li se tiġi intervistata waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb minn Charlie Cauchi, artista interdixxiplinarja, produttriċi tal-films u riċerkatriċi. Ix-xogħlijiet narrattivi ta’ García Llovet naqqxu lok sinifikanti fil-finzjoni kontemporanja internazzjonali, billi joffru lill-qarrejja titwila bla xinxilli lejn Spanja tal-lum il-ġurnata. Fi Spanish Beauty, Llovet tbiddel il-moqżież fi sbuħija mhux tas-soltu, u tuża l-estetika ġjalleska noir biex tiddeskrivi lil Benidorm, il-belt tal-port magħrufa għax-xalar. It-Times Literary Supplement tiddeskrivi Sánchez, it-tieni xogħol tagħha maqlub għall-Ingliż, bħala “rumanz dwar il-mistkerrah fil-belt tlellex ta’ Madrid”. Il-parteċipazzjoni ta’ Esther García Llovet setgħet issir bis-saħħa tal-għajnuna tal-Ambaxxata ta’ Spanja f’Malta. Wara l-avveniment, il-kittieba se tiffirma l-kotba tagħha. Il-parteċipazzjoni se tkun limitata abbażi ta’ min japplika l-ewwel jinqeda l-ewwel. L-attendenza hija bla ħlas, iżda kull min jixtieq jattendi jrid jirreġistra. García Llovet twieldet f’Málaga fl-1963. Fl-1970, marret tgħix Madrid biex tistudja l-psikoloġija klinika u d-direzzjoni tal-films, u għadha tgħix hemm sal-lum il-ġurnata. Bdiet tikteb fis-sena 2000, u kitbet tmien rumanzi, inklużi t-tliet rumanzi tal-ġabra magħrufa tagħha Snapshot Trilogy ta’ Madrid. Spanish Beauty huwa l-ewwel episodju tat-triloġija l-ġdida tagħha, It-Triloġija tal-Lvant Spanjol. Xogħolha kiseb suċċess mal-kritiċi u huwa magħruf għall-istil ċinematiku intens u r-realiżmu Chandleresk distint tiegħu. García Llovet tikteb f’diversi antoloġiji u gazzetti, tittraduċi mill-Ingliż u għamlet isem ukoll fid-dinja tal-fotografija. Post: Is-Sala tal-Kittieba Irreġistra SHARE POST Similar Posts Lejla ma’ Ian Rankin – KNK 🇬🇧 7th November, 2026 7:00 PM - 8:00 PM Read More Minn Komuni għal Memorabbli: Il-Ħolqien ta’ Kitba Fittizja li Ma Tistaġnax – Proofreading Malta 🇬🇧 7th November, 2026 1:00 PM - 2:30 PM Read More Tnedija tar-Rumanz il-Ġdid ‘EREŻIJA’ ta’ Alex Vella Gera – Kotba Calleja 🇲🇹 6th November, 2026 6:00 PM - 7:00 PM Read More Għaliex il-Ġjallesk ta’ Ġid Għalik: Masterclass Minn Ian Rankin – KNK 🇬🇧 5th November, 2026 7:00 PM - 8:30 PM Read More Il-Kritika: Għadha Tiswa? – Kritikarti 🇲🇹 5th November, 2026 6:00 PM - 7:00 PM Read More Tnedija tar-Rumanz Debutt ta’ Luke Joseph Buhagiar – Kotba Calleja 🇲🇹 4th November, 2026 5:00 PM - 6:00 PM Read More Eħlisna mid-Deni: A taste of Karl Schembri’s explosive new novel – Merlin Publishers – Is-Sala tal-Qarrejja 🇲🇹 9th November, 2025 6:00 PM - 7:00 PM Read More Lejla ma’ Jeff VanderMeer: Intervista u ffirmar ta’ kotba – KNK – Is-Sala tal-Kittieba 🇬🇧 8th November, 2025 7:00 PM - 8:00 PM Read More Bejn il-Qoxra: Il-Malta University Press u l-awturi tagħha – Malta University Press (MUP) – Is-Sala tal-Qarrejja 🇬🇧/🇲🇹 8th November, 2025 4:00 PM - 5:00 PM Read More