Skip to content

Tnedija tar-Rumanz Debutt ta’ Luke Joseph Buhagiar – Kotba Calleja 🇲🇹

4th November, 2026
5:00 PM - 6:00 PM
Tnedija tar-Rumanz Debutt ta’ Luke Joseph Buhagiar – Kotba Calleja 🇲🇹

It-tnedija tal-ewwel rumanz ta’ Luke J. Buhagiar u intervista mal-awtur.

F’dar-rumanz l-istorja taħrab minn paġna għall-oħra, hi u ssegwi lil Andrei li jgħix f’belt żgħira u fl-ossessjonijiet u d-dubji tiegħu. Kontra l-parir ta’ kulħadd, Andrei dejjem jieħu l-aktar rotta riskjuża u jgħaddas lilu nnifsu fix-xogħol u l-mistoqsijiet li ma jħalluhx bi kwietu. L-ikbar waħda hi dwar bintu li donnha ħadet vot ta’ silenzju. Andrei huwa missier diżorjentat, sensar aggressiv u żiemel fil-bejgħ li l-akbar żvog tiegħu huwa x-xogħol, huwa u jsus bla heda il-miri tal-bejgħ dejjem jogħlew. Imma hemm limitu kemm jiflaħ moħħu.

Post: Is-Sala tal-Qarrejja

SHARE POST

This site is registered on wpml.org as a development site. Switch to a production site key to remove this banner.