Skip to content

Lejla ma’ Ian Rankin – KNK 🇬🇧

7th November, 2026
7:00 PM - 8:00 PM
Lejla ma’ Ian Rankin – KNK 🇬🇧

Ingħaqdu magħna għal lejla mal-awtur ċelebri Skoċċiż Ian Rankin.

Rankin huwa wieħed mill-aqwa ilħna tal-ġjallesk bħalissa fid-dinja… fil-verità issa ilu hekk għal dawn l-aħħar deċennji. Il-karattru famuż tiegħu tal-Ispettur Rebus, karattru ċiniku li ra ħafna, issa sar karattru ikoniku daqs Salvo Montalbano, Philip Marlowe u Sherlock Holmes, billi deher f’aktar minn għoxrin rumanz li spiċċaw saħansitra addattati għat-televixin. Madankollu, il-ħila ta’ Rankin tmur lil hinn mill-kotba dwar Rebus, u f’din il-konverżazzjoni mal-Kap Eżekuttiv tal-KNK Mark Camilleri, li huwa wkoll kittieb tal-ġjallesk, l-udjenza se jkollha ċ-ċans tikseb għarfien uniku mingħand Rankin dwar il-proċess kreattiv tiegħu u r-relazzjoni twila mal-ġeneru li għadu sinonimu miegħu.

Wara l-avveniment, Rankin se jiffirma l-kotba tiegħu. Il-parteċipazzjoni se tkun limitata abbażi ta’ min japplika l-ewwel jinqeda l-ewwel. L-attendenza hija bla ħlas, iżda kull min beħsiebu jattendi, irid jirreġistra.

Post: Is-Sala tal-Kittieba

SHARE POST

This site is registered on wpml.org as a development site. Switch to a production site key to remove this banner.