Taħt il-Qoxra: Maria Grech Ganado

F’dan l-episodju ta’ Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara titkellem ma’ Maria Grech Ganado dwar il-poeżija u l-ħdima tagħha fix-xena letterarja lokali. Fl-2016 Ganado ingħatat il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għall-Kontribut Siewi fil-Qasam tal-Kitba, mhux biss għax-xogħol poetiku tagħha iżda wkoll għall-ħidma li wettqet sabiex tippromwovi l-letteratura Maltija lil hinn minn xtutna. Fit-taħdita Ganado...

Kompli qari

Il-ftuħ tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus

Il-Ktieb Festival fuq il-Kampus jibda nhar l-Erbgħa li ġej fid-9:00 am fil-quadrangle tal-Università. Ser ikun għaddej għal tlett ijiem b’attività wara l-oħra mid-9 am sa l-4 pm l-Erbgħa u l-Ħamis. Nhar il-Ġimgħa, l-aħħar ġurnata tal-Festival, l-attivitajiet se jkomplu sa tard, u jispiċċaw b’kunċert ma’ garage bands lokali – Cryptic Street...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Achille Mizzi

F’dan l-episodju ta’ Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara titkellem ma’ Achille Mizzi dwar il-poeżija u l-ħdima tiegħu fil-qasam tal-kultura, kif ukoll il-kwistjonijiet politiċi, soċjali u personali konnessi max-xogħol letterarju tiegħu. Tista’ ssegwi t-taħdita hawnhekk. Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.

Kompli qari

Premju Nazzjonali tal-Ktieb u Premju Terramaxka – applikazzjonijiet

Fetħu l-applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2018 kif ukoll l-applikazzjonijiet għall-Premju Terramaxka 2018. Bħal dejjem, l-applikazzjonijiet huma għal kotba ppubblikati is-sena ta’ qabel. Il-kotba jridu jkun pubblikazzjonijiet lokali li jaqaw taħt waħda mill-kategoriji tal-Premju. Is-sottomissjonijiet għandhom jaslu għand il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb sat-13 ta’ April 2018, bl- applikazzjoni kompluta u erba’ kopji...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Sephora Francalanza u John Grech

F’dan l-episodju ta’ Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara titkellem ma’ Sephora Francalanza, il-president tal-Għaqda tal-Malti-Università, u John Grech, il-maniġer tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, dwar il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus, li ser iseħħ mill-21 sat-23 ta’ Marzu fil-‘quadrangle’ tal-Università. Il-Festival huwa mtella’ mill-Għaqda tal-Malti flimkien mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Tista’ ssegwi t-taħdita hawnhekk. Il-Kunsill Nazzjonalli...

Kompli qari

Il-Fiera tal-Ktieb f’Londra: LBF 2018

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb se jieħu sehem fil-London Book Fair 2018, il-fiera tal-ktieb ta’ tliet ijiem li seħħ ta’ kull sena f’Olympia, Kensington, u fejn xi wħud mill-akbar pubblikaturi, aġenti u negozjaturi tal-jeddijiet ta’ pubblikazzjoni jingħaqdu bil-għan li jilħqu ftehim dwar il-pubblikazzjoni ta’ xogħlijiet letterarji. Rappreżentanti tal-KNK se jieħdu ħsieb l-istand...

Kompli qari

Fuzzhoneys u Crytpic Street għall-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2018

Il-gruppi Fuzzhoneys u Cryptic Street se jkunu qegħdin jagħlqu l-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus il-Ġimgħa 23 ta’ Marzu fil-quadrangle tal-Università, b’mużika tat-tip garage rock u post-punk. Il-Festival, organizzat mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-Għaqda tal-Malti għandu l-għan li jippromwovi l-letteratura waqt li jagħti spazju lill-pubblikaturi u lid-distributuri tal-kotba pjattaforma biex jippromwovu u...

Kompli qari

Frankenstein fil-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2018

Hekk kif is-sena 2018 qed tfakkar l-anniversarju ta’ Frankenstein ta’ Mary Shelly, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb se juri l-film ta’ J. Searly Dawley Frankenstein (1910). Wara se jkun hemm taħdita fuq iċ-ċinematografija tal-film u fuq l-impatt tiegħu fuq l-imaġinazzjoni kollettiva, minn Prof. Saviour Catania u Prof. Gloria Lauri Lucente. L-avventiment, li...

Kompli qari

L-arti u t-test Dik il-Qtajra fil-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2018

L-artist Gabriel Buttigieg ħa l-ispirazzjoni mill-ktieb ta’ missieru Alfred Dik il-Qtajra għall-aħħar xogħol viżiv tiegħu, xogħol li ttella’ f’wirja f’Diċembru li għadda, fil-Belt Valletta. F’dan l-avveniment tal-Festival fuq il-Kampus, il-missier u l-iben se jiddiskutu kemm it-test kif ukoll l-arti, bħala parti mill-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus, il-Ġimgħa 23 ta’ Marzu fl-4.30pm fil-quadrangle...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Sur Trevor Żahra

F’dan l-episodju ta’ Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara titkellem ma’ Trevor Żahra dwar il-kotba u l-karriera tiegħu bħala wieħed mill-kittieba l-iktar magħrufa f’pajjiżna. Tista’ ssegwi t-taħdita hawnhekk. Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.

Kompli qari

Jasmin B. Frelih fil-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus

Il-kittieb Sloven u rebbieħ ta’ bosta premji letterarji Jasmin B. Frelih hu il-mistieden speċjali tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus li se jittella’ bejn il-21 u t-23 ta’ Marzu fil-quadrangle tal-Università. Din hi opportunità unika għal studenti u membri tal-pubbliku biex jiltaqgħu ma’ dan il-kittieb straordinarju, u biex jitgħallmu mingħandu hekk kif...

Kompli qari

Rapport Annwali 2017

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed jippublika r-Rapport Annwali tal-2017, sena importanti ħafna li fiha l-Kunsill kiseb l-istatus ta’ entità legali, ingħata post fil-Belt Valletta bħala s-sede ġdida tal-Kunsill u żied l-ħidma tiegħu fil-promozzjoni tal-letteratura lokali kemm f’Malta kif ukoll lil hinn minn xtutna. L-istrateġiji tal-Kunsill rigward din il-promozzjoni diġà taw riżultati...

Kompli qari

Palk Ħieles tal-Inizjamed waqt il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2018

Bħala parti mill-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus, Inizjamed se jkun qed jorganizza Palk Ħieles il-Ġimgħa 23 ta’ Marzu fis-7pm fil-quadrangle tal-Università. L-attività se tilqa’ lill-mistieden speċjali Jasmin B. Frelih, awtur Sloven u rebbieħ tal-premju għall-letteratura tal-Unjoni Ewropea. Din hi opportunità unika għall-istudenti u l-pubbliku biex jiltaqgħu mal-awtur u jisimgħu kliemu. L-Inizjamed...

Kompli qari